L-Assemblea Djoċesana 2018


15-il sena mis-Sinodu Djoċesan

L‑Arċidjoċesi ta’ Malta ser tlaqqa’ l‑Assemblea Djoċesana li ser tkun ippreseduta mill‑Arċisqof Charles J. Scicluna, nhar il‑Ħamis 22 u l‑Ġimgħa 23 ta’ Novembru 2018. L‑Assemblea ser issir fil‑Katekumenju, il‑Mosta, fejn kien sar is‑Sinodu Djoċesan.

477544-740xnone.jpg

L‑Arċisqof ried li matul din l‑Assemblea, 15‑il sena minn tmiem is‑Sinodu Djoċesan, issir evalwazzjoni tad‑dokumenti tas‑Sinodu li sar bejn l‑1999 u l‑2003. Fi spirtu ta’ djalogu, il‑Knisja ser tħares lejn l‑iżviluppi li seħħew fil‑kultura u fis‑soċjetà Maltija fl‑aħħar snin, u tara kif tkompli twassal il‑Bxara t‑Tajba fid‑dawl tat‑tagħlim tal‑Papa Franġisku. Dan permezz tal‑ħidma pastorali li ssir fis‑70 parroċċa f’Malta, fil‑qasam tal‑edukazzjoni, u tal‑ħidma soċjali u ta’ karità li l‑Knisja twettaq b’risq il‑persuni foqra u dawk l‑aktar fil‑bżonn.

Id‑dokumenti tas‑Sinodu li dwarhom ser issir evalwazzjoni fl‑Assemblea Djoċesana 2018 huma: il‑Knisja bħala komunità, is‑sehem u s‑servizz tal‑Knisja fis‑soċjetà, ir‑rwol tal‑lajċi Nsara, ix‑xandir tal‑Evanġelju, iċ‑ċelebrazzjoni tal‑liturġija u s‑sagramenti, id‑djakonija u l‑ġustizzja, iż‑żwieġ u l‑familja, u l‑adolexxenti u ż‑żgħażagħ. Żewġ dokumenti oħra post‑Sinodali huma dwar il‑persuni b’diżabbiltà u l‑media.

L‑Arċisqof Scicluna ser jagħlaq l‑Assemblea bid‑diskors tiegħu l‑Ġimgħa filgħaxija. Għall‑Assemblea Djoċesana huma mistiedna l‑kappillani u rappreżentanti tal‑parroċċi kollha, il‑provinċjali tal‑kongregazzjonijiet reliġjużi, il‑kapijiet tal‑iskejjel tal‑Knisja u l‑mexxejja tal‑għaqdiet u l‑movimenti Kattoliċi, flimken ma’ delegati u persuni oħra f’kunsilli tal‑Arċidjoċesi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.