Religious Freedom in the World Report 2018


Il-Ħamis, 15 ta’ Novembru 2018: L-Aid to the Church in Need (Malta) ser tniedi l-14-il edizzjoni tar-Religious Freedom in the World Report, rapport li janalizza s-sitwazzjoni tal-libertà reliġjuża f’196 pajjiż.

It-tnedija ser issir nhar is-Sibt, 24 ta’ Novembru 2018 fil-Palazz ta’ San Anton, Ħ’Attard, fil-5.00pm, bil-kortesija u taħt il-Patroċinju Distint tal-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca, President ta’ Malta.

L-E.T. Mons. Joseph Galea Curmi, l-Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali, ser jattendi għal din l-okkażżjoni.

Il-kelliem ewlieni, l-E.T. Mons. Ignatius Kaigama, Arċisqof tal-Belt ta’ Jos, in-Niġerja, ser jagħti x-xhieda tiegħu u ser jitkellem dwar l-esperjenzi tal-ħidma pastorali li jwettaq fost il-Kristjani ppersegwitati fin-Niġerja.

Ir-Rapport jiżvela li 61% tal-popolazzjoni dinjija tgħix f’pajjiżi fejn m’hemmx rispett lejn il-libertà reliġjuża.

Ir-rapport, li jiġi ppubblikat kull sentejn mill-Aid to the Church in Need, huwa l-uniku rapport dwar il-libertà reliġjuża kkompilat minn istituzzjoni Kattolika u huwa bbażat fuq riċerka minn diversi konsulenti.

Ir-Religious Freedom in the World Report 2018 jeżamina perjodu ta’ sentejn, minn Ġunju 2016 sa Ġunju 2018 u jiżvela li hemm aktar pajjiżi li qed jivjolaw il-libertà reliġjuża. Dawn urew sinjali ta’ deterjorazzjoni għall-minoranzi reliġjużi – 18-il pajjiż, jiġifieri 4 aktar miċ-ċifra tal-2016.

Evidenza ġdida turi wkoll il-grad ta’ abbużi sesswali fuq nisa minn gruppi estremisti u individwi fl-Afrika, fil-Lvant Nofsani u f’partijiet tas-sub-kontinent Indjan.

Skont ir-Rapport, il-fundamentaliżmu Islamiku huwa preżenti f’22 pajjiż (li fihom) jgħixu 1.337 miljun persuna u kien hemm żieda qawwija ta’ attakki estremisti fl-Ewropa u f’pajjiżi oħra fil-Punent, motivati parzjalment minn mibegħda reliġjuża. L-attakki jissuġġerixxu li t-theddida tal-estremiżmu militanti issa qed issir universali, imminenti u dejjem aktar preżenti.

Għalhekk, dan ir-Rapport huwa ta’ importanza kbira għall-gvernijiet, għall-policy makers, għall-komunità internazzjonali u għal dawk li huma mħassba dwar il-kundizzjonijiet umanitarji, soċjali u morali tas-soċjetà.

Malta ser tingħaqad flimkien mat-23 pajjiż fejn ser jiġi mniedi r-Rapport fejn diversi monumenti ser jinxtgħelu b’dawl aħmar b’solidarjetà u tifkira ma’ ħutna Kristjani li xerrdu demmhom għat-twemmin tagħhom. Uħud minn dawn il-monumenti huma l-Auberge de Castille fil-Belt Valletta, il-Kolossew ta’ Ruma, il-Katidral ta’ Westminster u San Mirin, il-Palazz ta’ Lambeth, it-Torri ta’ Blackpool fir-Renju Unit, id-Djar Parlamentari f’Londra, La Sagrada Familia f’Barċellona, il-Bażilika Nazzjonali tal-Kunċizzjoni f’Washington DC u l-Bażilika ta’ Knock fl-Irlanda.

Kuntatt
Grace Attu – PR & Media Communications
E: communications@acnmalta.org
T: 21487818
Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Mdina Road. Attard ATD 9038,

NOTA

L-ACN (Malta) hija l-uffiċċju lokali tal-Aid to the Church in Need (ACN), Fondazzjoni Pontifiċja ta’ karità Kattolika internazzjonali li primarjament tgħin biex tkattar il-fidi u l-għajxien ta’ Kristjani li qed jiġu ppersegwitati u li qed ibatu madwar id-dinja. Imwaqqfa fl-1947 minn Fr. Werenfried van Straaten, li San Ġwann Pawlu II sejjaħlu “l-Appostlu l-kbir tal-karità”, l-ACN tappoġġja proġetti importanti mwettqa mill-Knisja lokali (isqfijiet, saċerdoti, sorijiet u lajċi) f’aktar minn 140 pajjiż fosthom l-Iraq u s-Sirja. Permezz ta’ dawn il-proġetti jiġu mgħejjuna refuġjati, jinbnew knejjes, jingħataw mezzi ta’ trasport essenzjali għall-ħaddiema fuq il-post u jitqassmu kopji tal-Bibbja għat-Tfal.

L-ACN tgħin ukoll lil missjunarji, saċerdoti, reliġjużi u Lajċi Maltin / Għawdxin f’diversi proġetti li jkollhom bżonn.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.