Evanġelju tas-Sibt 17 ta’ Novembru 2018

Print Friendly, PDF & Email

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Lq 18, 1-8

Dan l-imħallef kien jiġi jaqa’ u jqum minn kollox u minn kulħadd. Ħadd ma kien jista’ għalih. Is-setgħa telgħatlu għal rasu u d-dinja iddur miegħu. Is-setgħa fuq ħaddieħor, b’mod speċjali tal-imħallef li jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħajja ta’ ħaddieħor, imlietlu rasu. Deherlu li l-kawċa ta’ din il-mara ma kienetx importanti, jista’ jkun li ma kienetx tirrendilu daqs kawżi oħra.

L-armla kienet weħidha biex tmantni lilha nnifisha u jista’ jkun ukoll lil uiedha. Sofriet inġustizzja, iżda ma kienetx importanti f’għajnejn is-soċjetà. Ġesù kellu ħabta kif juri l-ammirazzjoni u l-imħabba tiegħu lejn ir-romol. Wara kollox ommu stess kienet armla, ommu stes skienet għaddejja minn xorti fejn jekk ma taħsibx għal rasha jew issib xi ħadd minn tal-familja li jgħinha tispiċċa ħażin.

Imma l-mara kienet persistneti. Jekk hu kellu qalbu iebsa, rasha kienet ħafna iktar. X’kienet il-kawża u r-raġunijiet li wassluha biex tibqa’ tiġri warajh ma nafuhomx. Imma għaliha kienu mportanti ħafna, qishom kienu kwistjoni ta’ ħajja jew mewt. Ma qagħtetx qalbha u l-kuraġġ tagħha biex tieħu dak li hu tagħha, wassalha biex iddejqu sal-punt li ċeda.

Ġesù joħloq din il-karikatura biex joħroġ il-kuntrast bejn il-ħażen ta’ dan il-bniedem mat-tjubija bla tarf ta’ Alla. Jekk il-bniedem ħażin u kapriċċuz jagħti dakli ħaqqu lil min jitlobulu għax idejqu, kemm iktar Alla li mi jiddejjaqx jisma’ l-krib tal-bniedem u jgħożżu daqs il-ħabba ta’ għajnejh, ma jagħmilx ħaqq ma’ min minn uliedu jitlobulu lejn u nhar.

Jidher li biex qal dan, kien hemm min jeqred u jgerger li talbu ma jiġix mismugħ; kien hemm min jaħseb li Alla minflok għani fil-ħniena kien idu tqila, u għalhekk Ġesù jagħmel il-mistoqsija retorika dwar il-fidi, mhux issa imma meta jerġa’ jiġi. Jaf li l-bniedem qatt ma jkun kuntent, u jaf ukoll li t-tentazzjoni tal-bniedem hi li jaħseb li kollox hu tiegħu bi dritt. F’din it-tixbiha hemm eku tal-ġrajja tal-morda bil-lebbra.

Il-fidi f’Alla ma tiġix minn kemm wieħed jakkwista mingħandu imma kemm hu konvint li jiddependi għal kollox minnu. Nafu mill-esperjenza li l-biċċa l-kbira tagħna l-bnedmin qatt m’aħna kuntenti b’li għandna; irridu dejjem iżjed. Iżda iktar ninġibdu lejn dak li nistgħu nieħdu minn lejn dak li jagħtihulna. Ngħiduha anke biex niddeskrivu ċerti ħbiberiji ta’ bejnietna l-bnedmin: mhux lili jħobb imma dak li għandi.

Il-fidi hija esperjenza li torbot persuna ma’ oħra, il-persuna ma’ Alla. Huwa l-egoiżmu u l-kapriċċ li jorbtu lill-bniedem ma’ dak li għandu ħaddieħor u ma dak li jista’ jieħu minnu.

Leave a Reply

%d bloggers like this: