Ċentru tas-saħħa għall-foqra fi Pjazza San Pietru

Il-Ħadd 18 ta’ Novembru 2018: Hekk kif il-ħaddiema qed iħejju Pjazza San Pietru għall-presepju ta’ din is-sena, qrib tagħhom hemm ċentru tas-saħħa biex jagħti servizz lil min hu bla dar jew fqir. Madwar tnax-il raġel u xi nisa jinsabu bilqiegħda jew bilwieqfa fi spajzu kbir jistennew bil-kwiet meta jmisshom jidħlu inkella jimlew il-formoli biex jissejħu ħalli jsirulhom it-testijiet mediċi bla ħlas. Continue reading “Ċentru tas-saħħa għall-foqra fi Pjazza San Pietru”

Evanġelju tat-Tnejn 19 ta’ Novembru 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Lq 18, 35-43

Ġeriko, li isimha ġej mill-għerq r u ħ (x’aktarx li l-pronunzja ħ inbidlet f’k mal-ħakma tal-Griegi) li għalina l-maltin nissel in-nom ‘rieħa’ li fil-kanani (il-lingwa tal-Kananin) tfisser rieħa tfuħ, kienet il-belt li Erodi l-Kbir bidel f’belt ta’ prosperità kbira. Il-familji nobbli ta’ Ġerusalemm kienu jgħaddu x-Xitwa hemm u hemm min jgħid li fiha kienu jgħammru madwar tnax-il elf qassis u levita tat-Tempju. Kienet il-belt tas-sinjuri. Mhux ta’ b’xejn li t-triq bejn Ġeriko u Ġerusalemm kienet miżgħuda bil-ħallelin. Għalhekk Ġesù jqiegħed il-parabbola tas-samaritan li ħenn għall-vittma tal-ħallelin, sewwa ssew f’din it-triq. Il-vjaġġaturi kien fihom kemxa mhux ħazin. Continue reading “Evanġelju tat-Tnejn 19 ta’ Novembru 2018”

Ħsieb fiċ-Ċimterju

Minn AngeloXuereb

Meta tkun fiċ-ċimiterju tippassiġġa qalb l-oqbra tara kemm persuni ħallewna u llum kważintesew. Tintebaħ ukoll kemm din il-ħajja hija qasira u li xi darba dintispiċċa. Tara wkoll kemm aħna boloh meta nagħtu b’mod mhux irraġunatimportanza lill-ħwejjeġ ta’ din id-dinja b’mod li ninsew dak li huwa spiritwali. Continue reading “Ħsieb fiċ-Ċimterju”

Is-sindku qaddis

Mhijiex xi ħaġa komunissima li sindku jkun ikkunsidrat qaddis. Madankollu, kif awtorizza Papa Franġisku stess lill-Kongregazzjoni tal-Kawżi tal-Qaddisin nhar il-5 ta’ Lulju 2018, fil-każ tas-Sindku Giorgio La Pira, ġew approvati l-virtujiet erojċi tiegħu. Min kien Giorgio La Pira? Dak il-magħruf sindku ta’ Firenze li assuma din il-karigu darbtejn, jiġifieri mill-1951 sal-1958 u mill-1961 sal-1965?

Continue reading “Is-sindku qaddis”