Tliet irtiri tal-Avvent mill-Gruppi ta’ Talb ta’ San Piju ta’ Pietralcina


Il-Gruppi ta’ Talb Ta’ San Piju ta’ Pietralcina ser jorganizzaw tliet irtiri tal-Avvent. Fis-27 ta’ Novembru, u fis-6 w il-11 ta’ Diċembru 2018 Fid-Dar tal-Irtiri Porzjunkola Baħar iċ-Ċagħaq.

Fl-9.45a.m. Quddiesa wara Coffe Break, imbagħad Konferenza minn P. Diegu Theuma Kapuċċin, wara Adorazzjoni barka sagramentali, imbagħad issir l-Esposizjoni tal-Ingwanta ta’ dan il-qaddis.

Għal aktar tagħrif Ċemplu lid-Direttur Nazzjonali P.Karm Dimech Kapuċċin 99356766 jew lis-Segretarja Miss Joyce Pace 99834139.