07 – Kontra l-Ansjeta – Kun Konxju-Attent


Insellimlek! – Illum se ngħidlek dwar metodu li jbegħdlek l-inkwiet. L-ansjetá, diqa ta’ qalb, inkwiet, thewdin – dawn komuni ħafna fostna. Hawn min ibati sew b’thewdin ansjus li ma jistax iwaqqfu. F’dan l-artiklu qasir ma nistgħux naraw il-ħafna kawżi, kundizzjonijiet mentali, u rimedji li jeżistu dwar l-inkwiet żejjed. Iżda hemm rimedju interessanti li ta’ min tkun tafu. Jgħidulu mindfulness jew li tkun konxju-attent. Li tkun mindful ifisser li tkun konxju-attent.

7Xjentifikament instab li din il-prattika taħdem kontra l-inkwiet, kontra id-dipressjoni qawwija li jgħidlek biha t-tabib (clinical depression), kontra l-istress, u kontra problemi oħrajn. Infatti, hemm ħafna studji li juru li meta tkun konxju-attent qed tagħmel terapija li l-effett tagħha saħansitra tħabbatha sew mar-rimedji tal-psikoterapija.

Kif tkun konxju-attent, jew konxja-attenta? Agħmel sikwit xi eżerċizzju jew prattika li ġġibek fil-mument ta’ issa, minflok ma tkun qed tiġġerra bi ħsibijietek ‘l hawn u ‘l hinn. Ejja ngħidu li qed tagħmel xi ħaġa – ngħidu aħna taħsel il-platti, jew tagħmel xi hobby jew, xi ħidma fuq il-post tax-xogħol. Fil mument ta’ issa, mhux biss tkompli tagħmel dik l-azzjoni li qed tagħmel, iżda wkoll waqt li qed tagħmilha qed tinduna li qed tagħmilha! Tkun konxju u attent ta’ dak li qed tagħmel. Meta tinduna li qed terġa’ taħdem b’mod awtomatiku u moħħok ikun mar x’imkien ieħor, erġa’ ġib dik l-attenzjoni li tkun tlift, mingħajr ma tirrita ruħek xejn. L-idea hija sempliċi, imma inti kemm tagħmilha ssoltu? Bosta nies, b’mod speċjali dawk li jbatu mill-ansjetà, f’moħħom ikunu fil-qamar jew x’imkien ieħor, aljenati waqt li qed jagħmlu kwalunkwe ħaġa mingħajr attenzjoni (allavolja forsi l-ażżjoni qed jagħmluha tajjeb). Għalhekk ma jkollhomx l-ankri fil-mument ta’ issa u lanqas fihom infushom.

Mela, meta tagħmel xi ħaġa, tajjeb li tkun konxju-attent dwar l-att li qed tagħmel. Li tkun konxju- attent meta tagħti daqqa b’martell fuq musmar ma jfissirx li toħloq ħsibijiet dwar il-musmar jew il martell. Tfisser li tkun moħħok hemm minflok moħħok x’imkien ieħor. Bl-istess mod, meta tosserva xi ħaġa, tajjeb li tkun konxju-attent ta’ l-att li qed tagħmel b’moħħok. Meta qed tisma’ xi ħaġa, tajjeb li tkun konxju-attent ta’ l-att li qed tagħmel. L-istess meta tkun qed tieħu nnifs; jew meta tkun qed tħares lejn xi ħaġa. Saħansitra – jekk jirnexxielek! – meta tkun qed taħseb xi ħaġa.

“Dan ifisser li żżomm l-attenzjoni fil-mument ta’ issa, eżatt hi kif inhu. Huwa tassew diffiċli li tkun anzjuż jekk inti tkun kompletament iffukat fil-mument ta’ issa! Li tkun iffukat fil-mument ta’ issa jfisser li inti tinduna dak li inti tkun qed tagħmel ISS’ISSA… u ISSA … u ISSA”

Eżerċiżżju: Nifs Konxju-Attent (ħajr: Pocket Mindfulness)

Dan li ġej hu eżerċizzju li tista’ tagħmlu waħdek, mqar għal ftit minuti; tista’ ddum kemm trid. X’aktarx itajjarlek l -ansjetà żejda u jpoġġik fi stat kalm. Iżda ftakar li jekk ma tistax tkampa ma problema serja, fittex l-għajnuna.

Tibda billi tieħu n-nifs ‘il ġewwa minn imnieħrek u ‘l barra minn ħalqek bil-mod, bla ebda sforz.

Ċedi ħsibijietek. Ċedi – jew itlaq minn moħħok – l-affarijiet li għandek tagħmel aktar tard illum. Sempliċiment ħalli l-ħsibijiet jiġu u jmorru minn jeddhom, u kun bħallikieku inti sirt in-nifs tiegħek.

Apposta ħares lejn in-nifs tiegħek, billi tiffoka l-attenzjoni tiegħek fuq il-postijiet li minnhom jgħaddi n-nifs, hekk kif jidħol ġò ġismek u jtik il-ħajja.

Induna, b’moħħok hemm, kif in-nifs jitla’ hu u ħiereġ barra minn-ħalqek u l-enerġija tiegħu tinfirex fid-dinja.

Dan l-artiklu huwa wieħed minn sensiela ta’ Artikli bit-tema: Inħeles Minn Ġewwa. Għodda biex tgħin lilek innifsek meta jkaxkruk sentimenti tqal. Publikazzjoni ta’ Servizz għall-Ħelsien Emozzjonali Fondazzjoni St Jeanne Antide.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.