Il-Vuċi Quddiem il-Misteru: Teoloġi ta’ Żmienna

Print Friendly, PDF & Email

Stedina għal lejla letterarja bi tnedija ta’ Il-Vuċi Quddiem il-Misteru: Teoloġi ta’ Żmienna mis-Sa Pauline Dimech, ktieb dwar 16-il Teologu Barrani,  b’kontribuzzjonijiet ta’ 17-il Teologu Malti.

Niltaqgħu nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Diċembru 2018 fis-7pm fil-Kunvent tal-Karmnu fl-Imdina.

Ikun hemm qari ta’ siltiet mill-ktieb, taħdita mill-Professur Joe Friggieri,  qari ta’ poeżija minn P. Charlò  Camilleri, O.Carm., kif ukoll smiegħ ta’ siltiet mużikali fuq l-arpa interpretati mis-Sur Jacob Portelli.  Dakinhar ukoll, il-pittura tas-Sur Fabio Borg li tidher fuq il-qoxra tkun għall-wiri.

Wara nieħdu xi ħaġa flimkien.


Il-VuciQuddiemIl-Misteru.jpg

Il-Vuċi Quddiem il-Misteru: Teoloġi ta’ Żmienna

Editur: Dr Pauline Dimech – Prezz: €12.95

Jinxtara mingħand Agenda Bookshop, mill-Fakultà tat-Teoloġija (theology@um.edu.mt) jew direttament mingħand l-editur (pauline.dimech@um.edu.mt).

Il-‘misteru’ li nsibu fit-titlu jirreferi għat-Traxxendent, dak li aħna ma nafuhx, għalkemm għandna impressjoni tiegħu, dak li nsejħulu Alla.

Inkitbu bosta kotba b’diversi lingwi barrani, li trattaw it-teoloġija tal-aħħar seklu. Iżda din hi l-ewwel pubblikazzjoni bil-Malti li tittratta t-teoloġija fis-sens strett tal-Kelma.

Oriġinarjament, ‘Il-Vuċi Quddiem il-Misteru: Teoloġi ta’ Żmienna’ kienet serje ta’ programmi tar-radju f’forma ta’ intervisti, imxandra għall-ewwel darba fuq Campus FM 103.7 bejn Ottubru 2016 u Jannar 2017.

Dawn l-intervisti inġabru fi ktieb bi sbatax-il kapitlu, b’kull kapitlu jitratta teologu differenti: min kien, f’liema żmien għex u kiteb, liema kienu l-ġrajjiet biografiċi u storiċi li ffurmawh, liema suġġetti ttratta, liema kotba tiegħu ħallew l-ikbar impatt, u x’kontribut ta lit-teoloġija.

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Leave a Reply

%d bloggers like this: