Żmien l-Avvent

Kitba ta’ Angelo Xuereb

Din il-Ġimgħa ser nimmeditaw fuq l-Avvent li huwa ż-żmien li fih nitħejjew għall-Milied.

Matul l-Avvent nistennew il-miġja tal-Messija. U għalhekk dan huwa ż-żmien li fih niftakru li Kristu għad jerġa’ jiġi biex jeħodna għand il-Missier jekk inkunu għexna ħajja tajba u fit-tieni miġja tiegħu meta huwa jiġi biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin. Continue reading “Żmien l-Avvent”

Qed tintemm ċiviltà msejħa kristjana

Il-Ħamis 29 ta’ Novembru 2018. L-aħħar tad-dinja u t-tmiem ta’ kull wieħed u waħda minna: din hi t-tema tal-liturġija matul dil-ġimgħa. Illum ukoll, qal dalgħodu l-Papa Franġisku waqt l-omelija fil-kappella tad-Dar Santa Marta, il-qari jkellimna dwar dan.  Continue reading “Qed tintemm ċiviltà msejħa kristjana”

Evanġelju tal-Ġimgħa 30 ta’ Novembru 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 4: 18-22

Tgħid għaliex l-ewwel tnejn kienu sajjieda aħwa? U t-tieni tnejn ukoll.

San Luqa jgħidilna li Ġesù lemaħ żewġ aħwa. L-aħwa ma jingħarfux jekk xi ħadd jew huma stess ma jgħidulekx. U ma kienx kuntent b’sett wieħed. It-tieni, kienu aħwa wkoll. L-ewwel tnejn ikalaw ix-xbiek il-baħar u t-tieni tnejn iħejju x-xbiek biex ikalawh. Continue reading “Evanġelju tal-Ġimgħa 30 ta’ Novembru 2018”

Evanġelju tal-Ħamis 29 ta’ Novembru 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Lq 21, 20-28

Sakemm jidher li kollox sewwa, kollox jibqa’ għaddej u l-esperjenzi tal-imgħoddi, dak li għaddejna minnu aħna u missirijietna qabilna, jogħsfor u jdub fix-xejn u aħna nġeddu l-perseveranza fl-illużjoni li dak għadda u mar u qatt m’hu se jerġa jiġi. Sakemm inxellfu difrejna, sakemm inħossu xi ħaġa li tant theddidna li twaqqalna kulma nkunu bnejna u jsir kollox trab. Continue reading “Evanġelju tal-Ħamis 29 ta’ Novembru 2018”

08 – Erġajt Waqajt! – Meta tirkadi, x’tagħmel?

Insellimlek! Naħseb li mhux l-ewwel darba li, minkejja riżoluzzjoni qawwija li tkun għamilt, issa waqajt! Ix-xorb reġa’ ħadek. Jew il-logħob tal-azzard reġa’ waqqgħek. Jew erġajt kilt iżżejjed, erġajt somt iżżejjed, erġajt irrabjajt iżżejjed, erġajt bdejt tpejjep. Mhux xi ħaġa rari li xi ħadd jirkadi (jew jaqa’) b’dan il-mod, iżda huwa rari li jkollna pjan għal meta jiġri dan!

Continue reading “08 – Erġajt Waqajt! – Meta tirkadi, x’tagħmel?”