08 – Erġajt Waqajt! – Meta tirkadi, x’tagħmel?


Insellimlek! Naħseb li mhux l-ewwel darba li, minkejja riżoluzzjoni qawwija li tkun għamilt, issa waqajt! Ix-xorb reġa’ ħadek. Jew il-logħob tal-azzard reġa’ waqqgħek. Jew erġajt kilt iżżejjed, erġajt somt iżżejjed, erġajt irrabjajt iżżejjed, erġajt bdejt tpejjep. Mhux xi ħaġa rari li xi ħadd jirkadi (jew jaqa’) b’dan il-mod, iżda huwa rari li jkollna pjan għal meta jiġri dan!

8.jpg

Forsi sikwit tagħmel deċiżjoni, pjan, jew wegħda lilek innifsek biex ma tirkadix. Iżda l-aħjar huwa li jkollok pjan realistiku għall-meta taqa’. Bi pjan bħal dan, meta tirkadi ma tiddisprax minnek innifsek, tirkupra malajr, u saħansitra titgħallem mill-irkaduti. Minflok bħas-soltu tassumi li l-irkaduti ma jsirux, immaniġġa l-irkaduti tiegħek hekk, billi taħsbilhom minn qabel!

Tlittt Mistoqsijiet wara waqa’

Wara li tirkadi, tistagħġibx jekk tkun qalbek sewda u bla ħeġġa biex taħdem fuqek innifsek. Dak normali. Iżda min jimmaniġġja l-waqgħat tiegħu sew, għandu tlitt mistoqsijiet faċli u importanti x’jagħmel wara li jaqa’: 1. Kif nista’ nifhem dak li għadu kif ġara? 2. X’nitgħallem minn dak li ġara? 3. Issa li qed nara x’ġara, x’beħsiebni nagħmel differenti? Dawn il-mistoqsijiet malajr tiftakarhom; inkella iktibhom fuq ktejjeb żgħir li ġġorr mieghek!

Minħabba li naqsu l-impjegati fuq il-post tax-xogħol, lil Yvonne kulħadd kien qed jistenniha. tipproduċi aktar riżultati f’inqas żmien. Ma setgħetx tkampa. Reġgħet bdiet tpejjep. 1. Għall-ewwel mistoqsija, Yvonne forsi twieġeb: kelli stress żejjed u bdejt inpejjep. 2. Għat-tieni mistoqsija Yvonne forsi twieġeb: issa tgħallimt li ġismi u moħħi ma jistgħux jaħdmu sew meta inħoss ħafna stress, u ir-rieda li nieqaf mit-tipjip tonqosli, u jien insir vulnerabbli li naqa’ għat-tipjip sabiex insib il-wens fis-sigaretti. 3. Għat-tielet mistoqsija, Yvonne forsi twieġeb: darb’oħra nkellem lis-supervisor qabel ma nitkisser;u nitgħallem metodi ta’ kif nirrilassa; u darb’oħra inlesti xi ħaġa ta’ pjaċir u mhix ta’ ħsara, biex nirrilassa sew wara x-xogħol.

B’din ir-riflessjoni, Yvonne tgħallmet aktar dwarha nnifisha, tgħallmet x’inhuma l-fatturi li jirriskjaw li terġa’ taqa’, tgħallmet tagħmel pjan għal darb’oħra, u żiedet mal-possibiltajiet u għażliet ta’ ħajjitha. Jiġifieri: issaħħet. U tkompli tissaħħaħ aktar jekk tkompli tagħmel hekk, anki meta taqa’.

Pjan għal meta taqa’

Ħaġ’oħra importanti ħafna: it- tendenza hija li tidra jkollok ħsieb bħal dan li ġej: “jew kontroll assolut jew kontroll ta’ xejn”, jew abjad jew iswed – ninsew li hemm ukoll il-griż! Forsi A.: kont konvint li għandek kontroll assolut fuq l-imġieba (it-tipjip). Jew forsi B: kont konvint li ser jegħlbek, li int m’intix kapaċi, u li bilfors taqta’ qalbek . Kemm A u kemm ukoll B huma it-tnejn eżempji ta’ ħsieb “jew kollox jew xejn”. Ir-riċerka xjentifika turi li dan il-ħsieb – kemm A u kemm ukoll B – jagħmillek ħsara, għax ma jippreparakx sew għar-realtà.

Jekk tkun konvint li għandek kontroll assolut, u mbagħad tirkadi jew taqa’, ma jkollokx pjan għal x’tagħmel wara l-waqgħa, u dwar kif ser titgħallem minnha. Jekk tkun konvint li m’għandek kontroll ta’ xejn, ma jkollokx ħeġġa biex tagħmel sforz, u għandek skuża lesta minn qabel biex titkaxkar fl-imġieba ta’ ħsara. Allura, meta tinduna li qed ikollok ħsieb “jew kollox jew xejn, jew abjad jew iswed”, kun konxju-attent ta’dan il-ħsieb, u wieġbu permezz ta’ ħsieb aħjar. Aħjar ikollok ħsieb bħal,
pereżempju: “Jien se nipprova ma naqax, imma ser nagħmel pjan għal meta naqa’.”

Dan l-artiklu huwa wieħed minn sensiela ta’ Artikli bit-tema: Inħeles Minn Ġewwa. Għodda biex tgħin lilek innifsek meta jkaxkruk sentimenti tqal. Publikazzjoni ta’ Servizz għall-Ħelsien Emozzjonali Fondazzjoni St Jeanne Antide.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.