Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul Diċembru 2018


Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul Diċembru 2018.

 

fee13073-8919-4a9e-8876-509c267d2a3c-154364756606.jpeg

Is-Sibt l-1 ta’ Diċembru, fil-5:30 p.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa ta’ radd il-ħajr fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, f’għeluq il-150 anniversarju tas-Sorijiet tal-Karità f’Malta. Il-Quddiesa tixxandar live fuq il-Youtube Channel tal-Knisja f’Malta.

Il-Ħadd 2 ta’ Diċembru, fl-4:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s-Sagrament tal-Griżma lill-adolexxenti fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Lija.

Is-Sibt 8 ta’ Diċembru, fl-10:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħti l-pussess lil Dun George Schembri bħala l-Kappillan il-ġdid tal-Parroċċa Santa Marija, l-Imġarr. Fis-6:30 p.m., l-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali tal-Immakulata Kunċizzjoni, il-Ħamrun, f’għeluq il-50 sena mit-twaqqif tal-parroċċa.

It-Tnejn 10 ta’ Diċembru, fid-9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall-istudenti tal-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti, fil-bidu tal-kampanja ‘Milied Flimkien’, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-Quddiesa tixxandar live fuq il-Youtube Channel tal-Knisja f’Malta.

Is-Sibt 15 ta’ Diċembru, fil-5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall-familji organizzata mill-GRUFAN, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-Quddiesa tixxandar live fuq il-Youtube Channel tal-Knisja f’Malta.

Il-Ħadd 16 ta’ Diċembru, fil-11:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Girgor, Tas-Sliema, fil-75 anniversarju mill-mewt tal-Isqof Mauro Caruana.

It-Tnejn 17 ta’ Diċembru, fid-9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-festa ta’ San Ivo, fl-Oratorju tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

It-Tnejn 24 ta’ Diċembru, lejlet il-Milied, fil-11:00 p.m. jibda programm ta’ għanjiet tal-Milied u ssir il-prietka tat-tifel. F’nofsillejl, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra l-Quddiesa fis-Solennità tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, bl-Uffiċċju tal-Qari, fil-Katidral tal-Imdina. Il-Quddiesa tixxandar live fuq TVM u fuq il-Youtube Channel tal-Knisja f’Malta.

It-Tlieta 25 ta’ Diċembru, jum il-Milied, fil-11:00 a.m. Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fis-Solennità tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-Quddiesa tixxandar live fuq il-Youtube Channel tal-Knisja f’Malta.

It-Tnejn 31 ta’ Diċembru, fis-6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr fi tmiem is-sena u jitkanta t-Te Deum, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-Quddiesa tixxandar live fuq il-Youtube Channel tal-Knisja f’Malta.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.