Evanġelju tal-Ħamis 6 ta’ Diċembru 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 7, 21.24-27

L-ewwel sentenza ta’ din is-silta hija l-vers 21 ta’ dan il-kapitlu. Versi 22 u 23 li huma refernza għar-riżultat ta’ min jaħseb li billi tħabbat fuq sidrek u tgħajjat lill-Mulej huwa biżżejjed (F’dak il-jum ikun hemm ħafna li jgħiduli, ‘Mulej, Mulej, m’hux f’ismek ħabbarna aħna, u m’hux f’ismek keċċejna x-xjaten u f’ismek għamilna ħafna mirakli?’ Imbagħad jien ngħidilhom, ‘Lilkom qatt ma kont nafkom! Warrbu minn quddiemi, intom li tagħmlu l-ħażen!’), huma mabqużin. Continue reading “Evanġelju tal-Ħamis 6 ta’ Diċembru 2018”

Evanġelju tal-Erbgħa 5 ta’ Diċembru 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 15, 29-37

Vers 21 ta’ kapitlu 15 jgħdilina li Ġesù kien mar lejn Tir u Sidon (fejn illum hemm il-Libanu, li bi lsienna jfisser ‘abjad’, il-bjuda ta’ filgħodu meta jkun qed jisbaħ u kullox ikun għada bejn nofs irqad u nofs qawmien, il-malti ‘lubien’), żewġt ibliet portijiet fuq ix-xaqliba tal-Lvant tal-Baħar Mediterran. Continue reading “Evanġelju tal-Erbgħa 5 ta’ Diċembru 2018”

Evanġelju tat-Tlieta 4 ta’ Diċembru 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Lq 10, 21-24

Mument qawwi ta’ ferħ, imqanqal mill-Ispirtu s-Santu, iwassal lil-Ġesù biex jikkomunika mal-Missier u mad-dixxipli. Id-dixxipli għadhom kemm waslu wara li Ġesù ftit qabel kien bagħthom f’kull belt jew raħal fejn kien se jmur hu. Minn dak li jirrapurtaw it-tnejn u sebgħin li kien bagħat, jidher li kienet ħidma li rnexxiet fil-għan tagħha. Jidher li fost in-nies tal-bliet u r-rħula kien hemm għallinqas, rieda tajba li jisimgħuh; il-kelma li bagħat, jidher li ntogħġbot. Continue reading “Evanġelju tat-Tlieta 4 ta’ Diċembru 2018”

Evanġelju tat-Tnejn 3 ta’ Diċembru 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 8, 5-11

L-Evanġelju skont San Mattew jidher li kien fl-idejn, bejn wieħed u ieħor, bejn is-snin tmenin u disgħin tal-ewwel seklu u jidher ukoll li kien miktub, jew bl-aramajk (il-lingwa mitkellma mil-Lhud fi żmien Ġesù), jew bi grieg f’idjoma lhudija. Fiċ-ċert ma nistgħux ngħidu għax l-oriġinal qatt ma nstab. Huwa ċert pero li dan l-Evanġelju kien immirat għal qarrejja lhud kemm mill-istil u anke mill-messaġġ li joħroġ minnu. Continue reading “Evanġelju tat-Tnejn 3 ta’ Diċembru 2018”

Evanġelju tal-Ħadd 2 ta’ Diċembru 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Lq 21, 25-28.34-36

Il-Knisja, fil-Liturġija tagħha, tuża l-aħħar siltiet mill-Evanġelju skont San Luqa, li qrajna fl-aħħar jiem tas-sena liturġika li għaddiet biex bihom terġa tiftaħ is-sena liturġika l-ġdida. Continue reading “Evanġelju tal-Ħadd 2 ta’ Diċembru 2018”