Studenti joħorgu CD b’kant tal-Avvent u tal-Milied


It-Tnejn 3 ta’ Diċembru 2018:  Żewġ studenti miċ-Ċentru tagħna tan-Nadur bil-għajnuna tal-Leaders, irnexxielhom joħorġu Cd bil-kant tal-Avvent u l-Milied – “Qed inħabbrulkom ferħ kbir”.

cd launching.jpegDan is-Cd sar permezz ta’ xi solisti li huma jew kienu parti miċ-Ċentru u permezz ta’ grupp ta’ tfal (il-kor) mir-raħal tan-Nadur.  Huwa ta’ sodisfazzjon li dawn l-istudenti, flimkien, irnexxilhom jagħtu kontribut fil-qasam mużikali u liturġiku għall-parroċċi.

Uħud mill-innijiet huma magħmulha apposta biex jintużaw fin-novena peress li jirrappreżentaw xi persunaġġi li normalment nużawhom fin-noveni: Ġużeppi (Ġużeppi, la tinkwetax!), Ir-ragħajja (ferħ kbir), Ġwanni l-battista (Bħal Ġwanninu), il-Kewkba (kewkba tiddi).  Hemm ukoll l-innu “Qawwu qalbkom” li huwa Salm Responsorjali tat-23 ta’ Diċembru u naqrawh ukoll fl-ewwel ħadd tal-Avvent (sena C).  Dawn l-innijiet jistgħu jiġu mgħallma faċilment lit-tfal jew lil korijiet tat-tfal biex imbagħad fin-noveni ikun hemm partiċipazzjoni ħajja.

Qed tintalab donazzjoni ta’ 10 euros u l-Music book (fih il-mużika ta’ kull innu, kemm għall-pjanu/orgni u kemm għall-kitarri) 8 euros.  Min jixtrihom flimkien nagħtuhomlu għall-prezz ta’ 15 euros.  Biex tixtrieh tista’ tikkuntatja lil Fr Mark Bonello fuq 99228367 jew m.bonello@hotmail.com jew lil xi ħadd mil-leaders taċ-Ċentru.

In-numru ta’ kopji huwa limitat.

 

Published by

laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.