Sorijiet fi Myanmar jgħinu nisa jidħlu fid-dinja tax-xogħol

F’ġurnata wara nofsinhar, grupp ta’ nisa qed iħejtu l-ħwejjeġ f’kamra mdawwla tajjeb f’Mandalay, fi Myanmar u soru qed tara x’inhuma jagħmlu.  Qed jitgħallmu ħiliet li jistgħu jgħinuhom jaqilgħu l-għixien tagħhom fir-Rose Virginie Empowerment Centre għat-Tfajliet. Continue reading “Sorijiet fi Myanmar jgħinu nisa jidħlu fid-dinja tax-xogħol”

Il-Papa ressaq il-Jum Dinji għall-Migranti u r-Refuġjati tal-Knisja Kattolika minn Jannar għal Settembru.

L-Erbgħa 5 ta’ Diċembru 2018: Greg Burke, il-kelliem għas-Santa Sede għal li fuq talba ta’ bosta Konferenzi Episkopali, il-Qdusija Tiegħu ressaq dan il-Jum Dinji għall-aħħar Ħadd ta’ Settembru. Għalhekk il-Jum Dinji għall-Migranti u r-Refuġjati li jmiss li se jkun il-105 Jum Dinji se jiġi ċċelebrat il-Ħadd 29 ta’ Settembru 2019. It-test tal-Messaġġ tal-Papa se jinħareġ ftit xhur qabel il-Jum Dinji. Continue reading “Il-Papa ressaq il-Jum Dinji għall-Migranti u r-Refuġjati tal-Knisja Kattolika minn Jannar għal Settembru.”

“L-Inizjattiva tal-Papa għall-Ukrajna” tibda tagħti l-frott

L-Erbgħa 5 ta’ Diċembru 2018: Bejn l-14 u t-18 ta’ dan ix-xahar, Il-Kardinal Peter Turkson, Prefett tad-Dikasteru għall-Promozzjoni tal-Iżvilupp Integrali Uman u uffiċjali oħra marru l-Ukrajna biex jaraw uħud mill-proġetti umanitarji li twettqu bħala parti mill-Inizjattiva tal-Papa għall-Ukrajna. Continue reading ““L-Inizjattiva tal-Papa għall-Ukrajna” tibda tagħti l-frott”

Il-moħħ u l-istonku

Kont qed nieħu kafè fil-kafeterija tal-isptar. Wara lejl ġiri mas-swali tal-isptar. Speċi ta’ Mater Dei 360. Meta, waqt li l-ħabib tagħna għaddhieli l-kafè, mar-raġġi melliesa ta’ dak il-jum, leħħ għalija il-ħsieb sabiħ sabiħ. Ovvjament, li ġej minn fuq! U żgur li mhux minn taħt! Il-moħħ bħall-istonku!

Continue reading “Il-moħħ u l-istonku”