Il-Papa ressaq il-Jum Dinji għall-Migranti u r-Refuġjati tal-Knisja Kattolika minn Jannar għal Settembru.


L-Erbgħa 5 ta’ Diċembru 2018: Greg Burke, il-kelliem għas-Santa Sede għal li fuq talba ta’ bosta Konferenzi Episkopali, il-Qdusija Tiegħu ressaq dan il-Jum Dinji għall-aħħar Ħadd ta’ Settembru. Għalhekk il-Jum Dinji għall-Migranti u r-Refuġjati li jmiss li se jkun il-105 Jum Dinji se jiġi ċċelebrat il-Ħadd 29 ta’ Settembru 2019. It-test tal-Messaġġ tal-Papa se jinħareġ ftit xhur qabel il-Jum Dinji.

greg-burke-and-pope-francis.jpg
Greg Burke mal-Papa Franġisku

Il-Jum Dinji tal-Migranti u r-Refuġjati imur lura fl-1914, ftit xhur wara li faqqgħet l-Ewwel Gwerra Dinjija. Milqut mill-karba ta’ miljuni ta’ Taljani li kienu emigraw sa mill-bidu tas-Seklu Għoxrin, il-Papa Piju Għaxra sejjaħ lill-Insara kollha biex jitolbu għall-migranti.

Ftit xhur wara, is-suċċessur tiegħu l-Papa Benedittu Ħmistax waqqaf il-Jum tal-Migranti biex jappoġġja l-ħidma pastorali għall-emigranti Taljani kemm spiritwalment u kemm ekonomikament.

Fl-1952, il-Jum tal-Migranti ħa tifsira aktar wiesgħa u internazzjonali u l-Knejjes partikolari ġew mistiedna jagħżlu data biex jiċċelebraw il-jum matul is-sena liturġika.

Il-Qaddis Ġwanni Pawlu II kien l-ewwel Papa li sa mill-1985 ħareġ messaġġ kull sena biex jiġbed l-attenzjoni lejn ir-realtajiet speċifiċi u d-diffikultajiet tan-nies li jkollhom jemigraw u kien isejjaħ lill-Knisja biex tieħu azzjoni.

Fl-2004, il-Kunsill Pontifiċju għall-Kura Pastorali tal-Migranti u l-Popli Itineranti estenda l-jum għar-refuġjati u beda jissejjaħ dan il-Jum bħala l-Jum Dinji tal-Migranti u r-Refuġjati.

Fuq talba tal-Papa San Ġwanni Pawlu II, sa mill-2005, il-Jum Dinji tal-Migranti u r-Refuġjati beda jiġi ċċelebrat mill-Knisja Universali wara t-tieni Ħadd wara l-Epifanija.

F’Jannar li għadda l-Papa Franġisku ħabbar it-tibdil fil-jum taċ-ċelebrazzjoni u li se jibda jiġi ċċelebra fl-aħħar Ħadd ta’ Settembru.

Rapport mill-Kamra tal-Ahbarijiet ta’ Radju Marija

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.