“L-Inizjattiva tal-Papa għall-Ukrajna” tibda tagħti l-frott


L-Erbgħa 5 ta’ Diċembru 2018: Bejn l-14 u t-18 ta’ dan ix-xahar, Il-Kardinal Peter Turkson, Prefett tad-Dikasteru għall-Promozzjoni tal-Iżvilupp Integrali Uman u uffiċjali oħra marru l-Ukrajna biex jaraw uħud mill-proġetti umanitarji li twettqu bħala parti mill-Inizjattiva tal-Papa għall-Ukrajna.

captureL-Isqof Segundo Tejado, uffiċjal tad-Dikasteru żar ir-reġjuni ta’ Donetsk u Kharkiv li sofrew ħafna mill-operazzjonijiet militari li bdew fl-2014 u ltaqa ma’ familji li bbenefikaw mill-istallazzjoni ta’ ‘boilers’ li jsaħħnu kif ukoll żar l-Isptar ta’ Kramatorsk City li hu ċentru għall-kura tat-tfal li qed jirkupraw minn trawmi. Dan l-isptar ingħata għajnuna biex inxtara apparat għall-eżamijiet ta’ kundizzjonijiet tal-qalb.

Mal-Knisja  tal-Assunta f’Kharkiv inbena Ċentru Soċjali għall-foqra u dawk bla dar filwaqt li fis-subborg ta’ Korotych inbniet dar għal ‘single mothers’.

Fis-17 u t-18 ta’ dan ix-xahar, fin-Nunzjatura Apostolika, il-Kardinal Turkson u l-Isqof Tejado iltaqgħu ma’ rappreżentanti tal-awtoritajiet ċivili, il-korp diplomatiku,  l-Isqfijiet tal-Knisja Kattolika Rumana u l-Knisja Kattolika Griega u flimkien mal-insara ħadu sehem f’Laqgħa ta’ Talb għall-paċi fil-pajjiż u ċċelebraw quddiesa fil-Kattidral ta’ Sant’Andrija fi Kiev.

Fl-aħħar ta’ din iċ-ċelebrazzjoni il-Kardinal u l-Isqof marru fil-Kċina tas-Soppa għall-foqra u dawk bla dar, organizzata mis-Sorijiet ta’ Santa Tereza ta’ Calcutta, fejn qagħdu jieklu u jitkellmu mal-fqar.

Bil-proġett “Il-Papa għall-Ukrajna” li kien imniedi f’Ġunju 2016, il-Papa Franġisku ried juri l-solidarjetà tiegħu mal-poplu Ukren u ma dawk li qed isofru minħabba l-kundizzjonijiet drammatici kaġunatai mill-gwerra, irrispettivament mill-oriġini etniċi jew reliġjon.

Ir-riżultati ta’ din l-inizjattiva kienu ppreżentati waqt konferenza stampa f’Kiev. Fuq medda ta’ sentejn inġabru €16-il miljun mid-djoċesijiet kollha tal-Ewropa u donazzjoni personali mill-Papa Franġisku.  Minn dawn il-flus ibbenefikaw 900,000 persuna li jgħixu fiż-żona milquta mill-operazzjonijiet militari u t-territorji tal-madwar u żoni fejn hemm l-aktar emigranti – Kharkiv, Dnipropetrovsk, Zaporizhia u Kiev.

Il-flus miġbura intużaw fi proġetti ta’ emerġenza f’dawn is-setturi: preparazzjoni għax-Xitwa li fl-Ukrajna tilħaq temperaturi taħa il-25° C u għalhekk kienu nstallati ‘boilers’ fid-djar, gvieret, ħwejjeġ, tiswijiet ta’ djar u faċilitajiet edukattivi u ta’ saħħa. Aktar minn €6 miljuni intużaw biex jgħinu aktar minn 107,000 persuna; intużaw ukoll għal skopijiet mediċi li jinkludu provvista ta’ mediċini, xiri ta’ apparat mediku u organiżazzjoni ta’ numru ta’ ‘mobile clinics’. €2.5 miljuni li minnhom ibbenefikaw 400,000 persuna b’ikel u prodotti ta’ iġjene fosthom ikel tat-trabi, ikel sħun għall-foqra u prodotti għal trabi u nisa tqal. Kważi €6 miluni marru biex għenu lil 319,000 persuna li kellhom bżonn għajnuna psikoloġika u soċjali minħabba t-trawma tal-gwerra li għaddew minnha u diversi għajnuniet oħra.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.