Appell mill-ACN għat-tfal tas-Sirja


It-tfal tas-Sirja jeħtieġu l-għajnuna tiegħek

Immaġinak titwieled u titrabba f’atmosfera ta’ gwerra; dejjem tgħix fil-biża’, qatt ma taf x’inhi l-paċi li torqod lejl hieni u qed titħabat biex tara l-imħabba f’għajnejn bniedem ieħor minħabba li l-mibegħda u l-qerda qed jirrenjaw. Sfortunatament din hija r-realtà tat-tfal Sirjani li llum saru l-vittmi ewlenin tal-kriżi umanitarja li għadha għaddejja fis-Sirja.

ACN-20181126-80299_cee82Dawn it-tfal qed jitwieldu u jitrabbew f’soċjetà li qed tkompli ssir aktar krudili, bla qalb u perikoluża, li ma jixirqilhomx. Aħseb dwar dawn it-tfal, il-ħolm u l-aspirazzjonijiet tagħhom li kieku l-ambjent li jitrabbew fih jagħtihom il-libertà li jkunu jistgħu jsiru dak kollu li jixtiequ.

Bħala tweġiba għas-sitwazzjoni umanitarja kritika li hemm fis-Sirja, il-Ħadd, 2 ta’ Diċembru, waqt l-Angelus, il-Papa Franġisku nieda l-kampanja tal-Aid to the Church in Need għall-għajnuna u s-solidarjetà mal-poplu tas-Sirja li ġġib l-isem “Xemgħat għall-Paċi fis-Sirja”, fejn qal: “Ningħaqad flimkien mal-inizjattiva tal-Aid to the Church in Need, u issa ser nixgħel xemgħa flimkien ma’ ħafna tfal li qed jagħmlu l-istess fis-Sirja. Ejjew nitolbu u ngħinu lill-Kristjani biex jibqgħu fis-Sirja u fil-Lvant Nofsani bħala xhieda tal-ħniena, tal-maħfra u tar-rikonċiljazzjoni.”

F’dawn l-aħħar jiem il-kampanja involviet aktar minn 50,000 tifel u tifla minn bosta bliet Sirjani li ntlaqtu mill-gwerra, fosthom il-belt ta’ Aleppo, Damasku, Homs, Marmarita, Hassaké, Tartus u Latakia. It-tfal talbu u ddekoraw xemgħat b’simboli ta’ slaleb tal-paċi, ħamiem u messaġġi ta’ tama biex juru lid-dinja l-għatx li għandhom għall-paċi.

L-Aid to the Church in Need (Malta) qed tirrikorri għan-nies ta’ rieda tajba f’Malta u Għawdex biex iwieġbu għal din l-għajta għall-paċi mit-tfal tas-Sirja u jgħinuna nwasslulhom messaġġ ta’ tama speċjalment f’dan iż-żmien tal-Milied.

Din il-kampanja tinvolvi pakkett t’għajnuna ta’ emerġenza li jinvolvi rigali tal-Milied li fihom ħwejjeġ, żraben, ġugarelli u affarijiet bżonnjużi oħra għal aktar minn 15,000 tifel u tifla foqra, distribuzzjoni ta’ pakketti tal-ikel u affarijiet bażiċi oħra fosthom mediċini, trab tal-ħalib għat-trabi, għajnuna fil-miżati tal-iskola għat-tfal u appoġġ għall-ispejjeż tal-kera u sħana għall-familji tar-refuġjati Kristjani.

47314345_865860896917998_9167267454592745472_nDawk kollha li jixtiequ joffru donazzjoni ġeneruża huma ġentilment mitluba jibgħatu cheque indirizzat lil ACN (Malta) f’envelopp immarkat “Xemgħat għall-Paċi fis-Sirja” fl-indirizz: ACN (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD9038 jew permezz tal-APS bank account no.: 20001771733.

Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ċempel 21487818 jew ibgħat email lil info@acnmalta.org

Kuntatt

Grace Attu – PR & Media Communications

E: communications@acnmalta.org    Tel: 21487818


Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Mdina Road. Attard ATD 9038,                                                                                                                                                                                                        NOTA GĦALL-EDITURI L-ACN (Malta) hija l-uffiċċju lokali tal-Aid to the Church in Need (ACN), Fondazzjoni Pontifiċja ta’ karità Kattolika internazzjonali li primarjament tgħin biex tkattar il-fidi u l-għajxien ta’ Kristjani li qed jiġu ppersegwitati u li qed ibatu madwar id-dinja. Imwaqqfa fl-1947 minn Fr. Werenfried van Straaten, li San Ġwann Pawlu II sejjaħlu “l-Appostlu l-kbir tal-karità”, l-ACN tappoġġja proġetti importanti mwettqa mill-Knisja lokali (isqfijiet, saċerdoti, sorijiet u lajċi) f’aktar minn 140 pajjiż fosthom l-Iraq u s-Sirja. Permezz ta’ dawn il-proġetti jiġu mgħejjuna refuġjati, jinbnew knejjes, jingħataw mezzi ta’ trasport essenzjali għall-ħaddiema fuq il-post u jitqassmu kopji tal-Bibbja għat-Tfal.

L-ACN tgħin ukoll lil missjunarji, saċerdoti, reliġjużi u Lajċi Maltin / Għawdxin f’diversi proġetti li jkollhom bżonn.

Filwaqt li l-ACN tagħti permess sħiħ għall-midja biex tagħmel użu mill-istqarrijiet għall-istampa tal-Fondazzjoni, jekk jogħġbok semmi lill-ACN bħala s-sors tal-istejjer meta tuża l-materjal.

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.