Avvent ma’ Marija – L-Ewwel Ġimgħa – Il-Ġimgħa


KONTROLL

“Ħa jsir minni skont kelmtek!”. – Luqa 1:38

1 GimghaB’libertà u b’ħeġġa Marija tħaddan magħha lil Alla u l-istedina tiegħu. It-tweġiba hienja tagħha “ħa jsir minni skont kelmtek” (Lq 1:38) hi ħafna iktar minn sempliċi aċċettazzjoni. It-tifsira litterali tat-test oriġinali fil-Grieg tindika li fil-verità hi tixxennaq għal dak li Alla qed jitlob minnha. Marija tafu lill-Mulej tagħha. Hi tafda f’Alla, mhux minħabba f’dak li jitlob imma minħabba f’min qed jitlob.

Luqa 1:38 jgħidilna daqs Marija daqskemm jgħidilna dwar Alla. Kull ġurnata qabel it-Tħabbira Marija għexitha bħallikieku Alla kien tassew qed jikkontrolla ħajjitha. Marija lissnet l-“iva” tagħha ta’ kuljum. L-“iva” ta’ Marija twieldet mil-“le” tagħha. Marija ma kinitx f’kontroll ta’ ħajjitha. Hi qalet “le” għal ħajja kif trid hi. Hi qalet “le” għaliha nfisha. Hi qalet “le” għall-kontroll, għax kienet taf li din tkun illużjoni.

Il-kontroll qisu bħal meta tiġri biex taħtaf il-jum ta’ għada – meta taħseb li għoddok wasalt, jiżloqlok minn idejk. Ħadd minna ma hu tassew f’kontroll ta’ ħajtu, imma l-illużjoni li għandna l-kontroll f’idejna qiegħda fl-istess arja li nieħdu n-nifs fiha. Iktar ma naħtfu biex nikkontrollaw, iktar ħajjitna tibda tegħjina. Li nikkontrollaw, sew jekk hu kontroll tal-persuni jew ta’ ċirkustanzi, spiss iwassal għal aspettattivi li qatt ma jintlaħqu. Aspettattivi żbaljati, speċjalment dawk li nipproġettaw fuq Alla, jheddu l-istess fiduċja tagħna fih u jżommuna f’nassa li ġġagħalna naħsbu li m’għandna bżonn ta’ ħadd.

Fejn qed tipprova tikkontrolla ħajtek? Liema huma dawk id-diffikultajiet, relazzjonijiet, jew ħolmiet li qed tipprova tikkontrolla? L-azzjonijiet tiegħek ta’ kuljum x’jirriflettu, kontroll jew fiduċja?

Għaddi ftit ħin ma’ Marija llum. Itlobha turik kif kienet tgħix il-ħajja tagħha ta’ kuljum qabel it-Tħabbira. Itlobha turik kif kienet tgħix mingħajr tipprova żżomm kontroll. Itlobha tgħinek tgħix bl-istess mod.

Għat-talb tiegħek
Marija żgur kienet titlob bis-Salm 62. Ħejji t-talba immaġinattiva tiegħek billi taqra bil-mod is-Salm 62. Ħaddem is-sensi spiritwali tiegħek u itlob bl-immaġinazzjoni tiegħek flimkien ma’ Marija f’Luqa 1:26-38. Imbagħad, għid din it-talba:

“Missier, nixtieq inħoss il-preżenza tiegħek b’mod hekk personali li nħossni ħieles li nħalli f’idejk il-kontroll sħiħ ta’ ħajti”.

Xi kliem laqtek l-iżjed int u titlob?
X’kien li ħassejt jiċċaqlaq fil-qalb tiegħek?

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.