Papa: Il-martri tal-Alġerija sinjal ta’ fraternità għad-dinja

It-Tlieta 11 ta’ Diċembru 2018: F’messaġġ lill-poplu tal-Alġerija, nhar is-Sibt li għadda, fil-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni, il-Papa Franġisku ħeġġiġhom biex jibqgħu mexjin ’l quddiem sabiex jitfejqu l-ġerħat tal-imgħoddi u titrawwem kultura ta’ inkontru u ko-eżistenza. Continue reading Papa: Il-martri tal-Alġerija sinjal ta’ fraternità għad-dinja

Il-Ferħ li jġib miegħu l-Milied

“IFIRĦU DEJJEM FIL-MULEJ: NERĠÀ NGĦIDILKOM IFIRĦU” (San Pawl lil Filippin 4,4)

Kitba ta’ Fr. Philip Cutajar OFMCap

Żmien il-Milied, żmien ta’ ferħ. Milied bla ferħ huwa bla sens. Għalkemm meta San Pawl fl-Ittra tiegħu lill-Filippin qed jistedinna sabiex nifirħu, u dan qed jagħmlu magħna b’isistenza, mhux qed jgħidilna biex nagħmlu dan fil-ġranet tal-Milied biss imma kuljum, ħajjitna kollha. U l-motiv tal-ferħ nisrani li aħna msejjħin sabiex inħaddnuh, niċċelebrawh u nagħdduh lill-oħrajn billi nagħtu xhieda ħajja tiegħu huwa wieħed: Alla jħobbna u għax iħobbna tant bagħat lill-Iben il-waħdieni tiegħu biex isalvana. Continue reading Il-Ferħ li jġib miegħu l-Milied

Inħallu lil Alla jfarraġna

It-Tlieta, 11 ta’ Diċembru 2018: Fl-omelija li għamel illum fil-kappella tad-Dar Santa Marta, il-Papa Franġisku qal li l-Mulej ifarraġna bit-tenerezza, l-istess kif jagħmlu l-ommijiet meta jħaddnu ‘l uliedhom li jkunu qed jibku. Aħna għandna nħalluH ifarraġna mingħajr ma nagħmlu reżistenza.

Continue reading Inħallu lil Alla jfarraġna