Evanġelju tal-Ħadd 16 ta’ Diċembru 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Lq 3, 10-18

Ġwanni l-Battista, li l-Liturġija tal-Avvent introduċitilna l-Ħadd li għadda, huwa l-Evanġelista tal-Evanġelju; huwa dak li San Luqa jippreżentah bħala dak li jwassal l-aħbar it-tajba li l-aħbar it-tajba qiegħda fil-qrib, waslet, qiegħda magħna. Kull aħbar tinħtieġ sfond u kuntest biex tiftiehem, inkella t-tajjeb tal-aħbar jintilef, jew l-aħbar ma tkun aħbar xejn, tkun waħda mill-ħafna li nisimgħu u naqraw. Continue reading Evanġelju tal-Ħadd 16 ta’ Diċembru 2018

Waqtet iż-żmien!

Kont għadni kemm nispiċċa t-tielet lejl konsekuttiv f’ħidmieti mal-morda fl-isptar. Wieħed minnhom kien f’Mater Dei filwaqt li t-tnejn l-oħra għamilthom naqdi f’Sir Anthony Mamo. Anki jekk kont għajjien mejjet imma dak li jgħid tant tajjeb il-mistiku u teologu Biżantin, Nicholas Cabasilas, li l-festa tiegħu taħbat eżatt ma’ jum l-ordinazzjoni saċerdotali tiegħi, jiġifieri nhar l-20 ta’ Ġunju, baqa’ jidwi f’qalbi u jagħtini ħafna ferħ u paċi. L-ogħla ferħ jiġi wara l-ogħla mħabba. Continue reading Waqtet iż-żmien!