Ieqaf tħossok vittma u sir awtur tad-destin tiegħek

(Test ikkwotat mill-Papa Franġisku fl-Omelija tal-Erbgħa 9 ta’ Mejju 2018)

Jista’ jkollok difetti, tkun anzjuż u anki rrabjat, imma tinsiex li ħajtek hi l-akbar negozju li jista’ jsir fid-dinja. Int biss tista’ żżommha milli tfalli. Ħafna japprezzawk, jammirawk u jħobbuk. Ftakar li tkun ferħan mhux jekk ikollok sema mingħajr maltemp, triq mingħajr inċidenti, xogħol mingħajr taħbit, relazzjonijiet mingħajr delużjonijiet. Continue reading Ieqaf tħossok vittma u sir awtur tad-destin tiegħek

Evanġelju tas-Sibt 22 ta’ Diċembru 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Lq 1, 46-55

Żgur li Marija ma qagħdetx bilqiegħda tikteb dan l-ewwel kantiku fl-Evanġelju ta’ San Luqa li sa mis-sitt seklu permezz ta’ Ċesarju ta’ Arles sab ruħu fost l-innijet liturġiċi tal-Knisja. Żgur ukoll li San Luqa qiegħed dan il-kliem f’fomm Marija mibni mill-Kantiku ta’ Annah fl-ewwel ktieb ta’ Samwel. Iżda żgur iktar li dan il-kliem joqgħod sewwa fuq fommha f’dan il-mument partikulari ta’ ħajjitha fuq din l-art. Continue reading Evanġelju tas-Sibt 22 ta’ Diċembru 2018

Evanġelju tal-Ġimgħa 21 ta’ Diċembru 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Lq 1, 39-45

San Luqa ma jagħtiniex indikazzjonijiet ċar dwar fejn marret Marija lejn l-għoljiet, ir-raħal fejn kien joqgħod Żakkarija ma’ martu Eliżabetta fis-sitt xahar tat-tqala tagħha. Continue reading Evanġelju tal-Ġimgħa 21 ta’ Diċembru 2018