11 — It-Tbatija Tiegħek : (A) Daħla


Dan Artiklu f’ħames partijiet fuq it-tema “Tista’ Żżur u Teħles it-Tbatija Tiegħek?”. Hawn huma erba’ linji gwida, jew metodi, biex tlaħħaq mat-tbatija tiegħek. Dawn il-metodi flim-kien, jekk tipprattikhom regolarment, jgħinuk tkun it-terapista tiegħek stess. Dawn huma erba’ suġġerimenti biex tipprattika-hom flimkien

1 – Ara, u kompli ara, id-dwejjaq tiegħek bħala l-mezz jew l-għodda tiegħek għall-irkuprar.
2 – Induna eżatt xi tkun qed tesperjenza, issa.
3 – Tad-daħq, qed tara?
4 – Rawwem imħabba u ġentilezza.

Insellimlek! Kieku tajjeb, jekk tkun taf kif teħles it-tbatija tiegħek stess, hux? X’taħseb?

Nistħajlek tgħid, “Imma x’nista nagħmel jekk id-dwejjaq tiegħi huwa barra minni, esterni, mhux ġo fija? Forsi tħossok li huwa xi ħadd ieħor li huwa l-kawza tat-tbatija. Iżda d-dwejjaq u t-tbatija dejjem minn ġewwa ikunu. Jekk id-dinja esterna – mill-ġilda ‘l barra – qed tikkawżalek problemi, fittex il-kawżi interni, mill-ġilda ‘l ġewwa – tad-diffikultà tiegħek. Jekk tinduna b’dawk, u tirranġahom jew tfejjaqhom, inti tkun mgħammar ħafna aħjar biex tiffaċċja l-problema esterna mingħajr wisq stress.

Il-psikologi jinnutaw li meta aħna nirreaġixxu bil-qawwa għall -imġiba ta’ xi ħadd, ħafna drabi inkunu qed b’hekk nippruvaw niffaċċjaw il-biżgħat moħbijiet tagħna li ma mmorrux nuru l-istess imġiba aħna stess. Tajjeb li tkun tafha, din, għax tagħmlek aktar umli.

Għall-ħelsien, in-negattività għandha tkun iffaċċjata. Għalhekk tajjeb li tħares ‘il ġewwa lejn dawk il-partijiet tiegħek stess li huma diffiċli jew nofshom moħbijin. Madankollu il-mod kif ħafna minna ġeneralment iħarsu ‘l ġewwa ma tantx huwa mod li jwassal għas-saħħa u l-ħelsien.

Qabel ma nagħmlu xogħol kostruttiv fuqna nfusna, għandna nindunaw u kkalmaw, kwalunkwe reattività emozzjonali li jista’ jkollna lejn lilna nfusna u lil ħaddieħor. Din ir-reattività, jew tweġibiet awtomatiċi mmexxija mill-emozzjonijiet, tista’ tkun fil-forma ta’ rabja, arroganza, dominazzjoni, kundanni lejn ħaddieħor, difensività, mibegħda lejja nnifsi, eċċ. Tali forom ta’ ħsieb u azzjoni x’aktarx li jkunu, fir-realtà, tentattivi biex nitfgħu gverta u ngħattu diffikultajiet profondi li jkollna aħna stess. Jista’ jkun li nkunu qed nagħmlu dan b’mod difensiv, biex jevitaw l-uġigħ li niffaċċjaw dawk id-diffikultajiet direttament.

Il-meditazzjoni kwieta, bħal meta tkun attent biss għan-nifs dieħel u ħiereġ, tgħinek biex tikkalma waqt li tkun qed tiffaċċja problemi interni u esterni. Tista’ żżomm dan f’moħħok jekk inti timmedita jew beħsiebek timmedita. Madankollu, x’aktarx issibha diffiċli biex tikseb paċi tal-moħħ bil-meditazzjoni jekk għadek riefnu ta’ reattività. Allura, ikkalma ftit!

Sabiex tfejjaq il-partijiet ta’ moħħok u qalbek li jkunu muġugħa, jeħtieġ iżżurhom. Iżda, għas-sigurtà tiegħek, evita li terġa’ tiġi itrawmatizzat meta terġa’ tirrevedi f’moħħok trawma tal-passat.

Għalhekk, forsi tħossok li qed tkun totalment imħarbat meta taħseb dwar trawma fil-passat li kienet qallbitek ħafna. Jekk dan huwa l-każ, u tħoss li ma tistax tkampa, wieħed psikoterapista jagħti dan il-parir. Miss il-ħsieb tat-trawma ħafif ħafif, u itilqu. Imbagħad erġa agħmel l-istess f’okkażjoni oħra, eċċ. B’dan il-mod tkun qed tbaxxi is-sensitivita’ tiegħek ftit ftit. B’hekk ma terġax tkun ittrawmatizzat waqt li tkun qed tipprova tinħeles mit-ttrawma billi tiffaċċjaha. Għal każijiet serji ħafna, persuna tista’ teħtieġ għajnuna professjonali biex tinħeles b’mod sikur minn trawmi tal-passat li jkunu inkwetanti ħafna.

X’tista’ tagħmel biex tiltaqa’ mad-dwejjaq u t-taqlib il-qalb tiegħek ġewwa fik, sabiex tiffaċċjah u teħilsu? Dan jeħtieġ jew prattika, għaqlija u regolari, tal-qalb u tal-moħħ.

Hawn huma 4 ħidmiet, jew “prattiċi” biex nagħmlu dan. Ser ikollok bżonn tħaddem l-erba’ prattiċi regolarment, b’kuraġġ, sinċerità u persistenza.

Ser issib li huma prattiċi qawwijin, u sempliċi iżda mhux tas-soltu. Tista’ anki forsi tinduna li s’issa kont qed tagħmel eżatt il-kontra ta’ xi wħud minnhom. Jekk hu hekk, dan jista’ jispjega għaliex għadek ma stajtx issib liberazzjoni, paċi u ferħ minn ġo fik innifsek.

IKOMPLI: inkomplu bil-prattika li jmiss.

Dan l-artiklu huwa wieħed minn sensiela ta’ Artikli bit-tema: Inħeles Minn Ġewwa. Għodda biex tgħin lilek innifsek meta jkaxkruk sentimenti tqal. Publikazzjoni ta’ Servizz għall-Ħelsien Emozzjonali Fondazzjoni St Jeanne Antide.