It-tnedija tat-tielet volum ta’ ‘Kelma ta’ Ħabib’


Id-diskorsi tal-Arċisqof matul is-sena liturġika 2016-2017.

138_KELMA_TA_HABIB_III.154529658697

Id-dritt tal-ħajja u d-dinjità tal-persuna, il-ġustizzja soċjali u l-ġid komuni, il-faqar u s-solidarjetà huma wħud mit-temi li l-Arċisqof Charles J. Scicluna tkellem dwarhom fl-omeliji u l-messaġġi tiegħu matul it-tielet sena tiegħu bħala Arċisqof ta’ Malta. Dawn ġew ippubblikati mill-Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Arċidjoċesi ta’ Malta fit-tielet edizzjoni tal-ktieb ‘Kelma ta’ Ħabib’.

Il-ktieb ta’ 750 paġna fih 170 diskors tal-Arċisqof kif ukoll 50 paġna ta’ ritratti bil-kulur li ttieħdu matul diversi ċelebrazzjoniijiet fil-parroċċi u attivitajiet oħra fis-sena liturġika 2016 – 2017. Bħala r-Ragħaj tal-Knisja f’Malta, Mons. Scicluna jistieden lil kull persuna tagħraf l-għerf li joffri t-tagħlim tal-Knisja għall-ħajja tal-bniedem.

‘Kelma ta’ Ħabib’ fih indiċi analatiku li jgħin lill-qarrej isib it-tagħlim tal-Arċisqof fuq suġġett partikulari, u għadd ta’ QR codes (Quick Response) fejn bl-użu tal-ismartphone l-qarrej jista’ jara wkoll il-filmat taċ-ċelebrazzjoni fuq YouTube.

Dan il-ktieb jinbiegħ għall-prezz ta’ €15 u jista’ jinxtara mill-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. Il-ktieb huwa sponsorjat mill-APS Bank.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.