Evanġelju tas-Sibt 29 ta’ Diċembru 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Lq 2, 22-35

Missieru u ommu baqgħu mistagħġba b’dak li kien qiegħed jingħad fuqu. Xmun berikhom, u qal lil ommu Marija: “Ara, dan se jġib il-waqgħa u l-qawmien ta’ ħafna f’Iżrael; se jkun sinjal li jmeruh, – u inti wkoll, sejf jinfidlek ruħek! – biex jinkixfu l-ħsibijiet moħbija fil-qlub ta’ ħafna”. Continue reading “Evanġelju tas-Sibt 29 ta’ Diċembru 2018”

Evanġelju tal-Ġimgħa 28 ta’ Diċembru 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 2: 13-18

Jista’ jkun hawn min jgħid li dat-tifel, sa minn qabel twelidu, ħlief saram ma qalax. Sa mit-tnissil tiegħu, ġewwa Nazaret beda bil-problemi u bit-tensjoni; hekk jidher minn dak li jirrakutawlna l-evanġelisti. Continue reading “Evanġelju tal-Ġimgħa 28 ta’ Diċembru 2018”

Evanġelju tal-Ħamis 27 ta’ Diċembru 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Ġw 20: 1-8

Illum ukoll il-Knisja tidher li qed twaqaf għal ftit in-narrattivi ta’ żmien il-Milied biex tiċċelebra l-festa tad-dixxiplu l-maħbub tal-Mulej San Ġwann l-Evanġelista, b’silta mill-Evanġelju marbut miegħu, bir-rakkont tal-għarfien li l-qabar hu vojt u li dan ifisser dak li kien wiegħed Ġesù nnifsu diversi drabi u għalhekk jaraw il-qabar vojt u jemmnu. Continue reading “Evanġelju tal-Ħamis 27 ta’ Diċembru 2018”

Evanġelju tal-Erbgħa 26 ta’ Diċembru 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 10: 17-22

Mill-Milied sa San Stiefnu ddum l-aljenazzjoni. Ir-rejaltà, ħafna drabi iebsa, hija ż-żejt li jitla malajr f’wiċċ l-ilma. Donnu jidher barra minn loku, li kif tqum dalgħodu, sewwa sew l-għada tal-Milied, issib ma wiċċek twissija iebsa li jekk ma tagħtix kasha, dak kollu li jiġri jista’ jaħsdek u jatqalek qalbek. It-tarbija għada fil-maxtura mfisqija sewwa minn ommha, iżda dejjem mimduda qalb it-tiben skomdu u jniggeż u jigref. Oqgħodu attenti mill-bnedmin! Continue reading “Evanġelju tal-Erbgħa 26 ta’ Diċembru 2018”