Evanġelju tat-Tlieta 25 ta’ Diċembru 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php

L-Erbgħa Evanġelji li l-Liturġija tippreżentalna fl-erbgħa u għoxrin siegħa tal-Jum Solenni li fih niċċelebraw i-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu juruna itinerarju, miexja li seħħet matul is-snin iżda tiġri wkoll fil-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minna. Continue reading “Evanġelju tat-Tlieta 25 ta’ Diċembru 2018”

Is-skiet tallejl tal-Milied

Wara li tispiċċa l-għagħa tan-nies u nieħu grokk tal-festa nerħilha lejn kamarti. Wara l-quddiesa ta’ nofsillejl. U, hekk kif il-Knisja titbattal mill-ġemgħa, arani iva immur f’kamarti. Għall-kwiet. Għall-irdoss. F’dan il-lejl qaddis. Illejl tal-24 Diċembru. Nipprova nagħlaq għajn m’għajn. Nissara. Imma, minkejja daqshekk sforzi, ma jirnexxilix! Madankollu, moħħi jibda’ idur u jiftakar! Imma x’niftakar? … Continue reading “Is-skiet tallejl tal-Milied”

Evanġelju tat-Tnejn 24 ta’ Diċembru 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Lq 1, 67-79

Dak li talab garanzija għall-kelma jingħata l-kelma kif il-wegħda bdiet isseħħ u għarafha. Żakkarija jinfetaħlu fommu u lsienu nħall u bħal ħafn ali daqu l-fejqan mingħand Ġesù matul il-ministeru tiegħu, l-ewwel kliem huwa ta’ tifħir lil Alla għax iżomm il-kelma tal-ħniena tiegħu. Ismu huwa Ġwanni, ismu huwa Alla li jħenn, jo-ħannan, Alla ħanin. Continue reading “Evanġelju tat-Tnejn 24 ta’ Diċembru 2018”