Quddiesa fis‑Solennità tat‑Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu


It-Tlieta, 25 ta’ Diċembru 2018: L‑Arċisqof iċċelebra Quddiesa Pontifikali fis‑Solennità tat‑Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna – Fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

Dun Ġorġ Preca għallimna ngħożżu silta minn dan l-Evanġelju li għadna kemm qrajna. Dan huwa l-vers 14 tal-ewwel kapitlu tal-Evanġelju ta’ San Ġwann. Hu kien jgħallimna ngħożżu din is-sentenza sabiħa: “Verbum Dei caro factum est”.

Fi tfuliti kont titla’ fuq il-karozza tal-linja u taraha miktuba mdawra b’ħafna affarijiet oħrajn imma almenu kien ikun hemm ukoll din is-sentenza. Kont tmur fid-djar u tara xi stiker b’dawn il-kelmiet qaddisa. Kienet kultura li introduċa dan is-saċerdot qaddis u tfakkarna f’misteru kbir: l-Iben ta’ Alla sar bniedem.

Hu propju dan li qegħdin niċċelebraw illum f’din il-festa solenni tal-Milied. Ħafna drabi fis-silta li għadna kemm smajna bl-Ingliż tidwi l-kelma ‘dawl’, ‘luce’ bit-Taljan, ‘light’. Hemm sentenza li tagħmlilna kuraġġ u llum timliena bit-tama. “Id-dawl jiddi fid-dlam, id-dlam ma għelbux” (Ġw 1:5). “The light shines in the darkness and the darkness will not overcome it”. “La luce brilla nelle tenebre e le tenebre non la vinceranno”. Perché? Perche la luce di Gesù è una luce profonda ed eterna che illumina il cuore dell’uomo e risponde alla sete dell’uomo e della donna di ogni tempo.

U għalhekk illum nifirħu fid-dawl ta’ Ġesu għax fid-dawl tiegħu aħna naraw risposta għad-dlamijiet li kultant fil-ħajja jegħlbuna. F’dan il-jum ta’ dawl, ejjew nimtlew bit-tama. Kull fejn naraw id-dlamijiet f’ħajjitna, ejjew inħallu ’l Ġesu jiddi bid-dawl tiegħu. Jekk aħna mtaqqlin bid-dlam tad-dnub jew tal-vizzju, tas-solitudni, bid-dlam tar-regħba, ejjew nilqgħu lil Ġesu li bid-dawl tal-verità tiegħu jsaffina, idawwalna, iqawwina u jagħmlilna kuraġġ.

The Gospel we heard today from John talks about light overcoming darkness. Let us allow Jesus in, in those rusty corners of our lives where darkness reigns. Let us bring the light of Jesus to those dark corners of our lives, corners and dark corners of vice, of sin, of indulgence. Let us bring his light of mercy, wisdom, comfort, and healing. This is the hope of Christmas: the light of Jesus that overcomes our darkness.

✠ Charles J. Scicluna

Arċisqof ta’ Malta

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.