Lectio Divina. Festa tal-Familja Mqaddsa. Sena “Ċ”

Vanġelu (Lq 2, 41-52): Kif  jista’ jkun li Marija u Ġużeppi telqu minn Ġerusalem mingħajr Ġesu? Kienu jgħidu li kien hemm żewġ karovani, waħda għall-irġiel biss, u l-oħra għan-nisa. Ġużeppi ħaseb li Ġesu kien ma’ Marija, u viċi-versa.  Din hi ħrafa, għax kien ikun hemm karovana waħda. U Ġesu kif baqa’ tlitt ijiem waħdu bla ma avża ‘l ġenituri? Ma ssoponiex kemm se jinkwetaw? U għaliex tlitt ijiem? Biżżejjed kont tmur is-suq dak iż-żmien, u tmexxi l-kelma li tlift it-tifel, u kont issibu f’siegħa. It-tweġiba għal dan kollu hi li dis-silta mhijiex fatt ta’ kronaka imma hija paġna tejoloġika miżgħuda b’immaġini bibliċi. Continue reading “Lectio Divina. Festa tal-Familja Mqaddsa. Sena “Ċ””

12 – Tbatija – (B) Id-Dwejjaq Huma Għodda

Din hija t-tieni minn ħames partijiet tal-artiklu fuq it-tema “Tista’ Żżur u Teħles it-Tbatija Tiegħek?”. Konna semmejna 4 prattiċi li bihom kollha flimkien tista’ tkampa u tfejjaq it-tbatija tiegħek. 1 – Ara, u kompli ara, id-dwejjaq tiegħek bħala l-mezz jew l-għodda tiegħek għall-irkuprar; 2 – Induna eżatt xi tkun qed tesperjenza, issa; 3 – Tad-daħq, qed tara?; 4 – Rawwem imħabba u ġentilezza. Hawn ser inħarsu lejn l-ewwel prattika: Continue reading “12 – Tbatija – (B) Id-Dwejjaq Huma Għodda”