12 – Tbatija – (B) Id-Dwejjaq Huma Għodda


Din hija t-tieni minn ħames partijiet tal-artiklu fuq it-tema “Tista’ Żżur u Teħles it-Tbatija Tiegħek?”. Konna semmejna 4 prattiċi li bihom kollha flimkien tista’ tkampa u tfejjaq it-tbatija tiegħek. 1 – Ara, u kompli ara, id-dwejjaq tiegħek bħala l-mezz jew l-għodda tiegħek għall-irkuprar; 2 – Induna eżatt xi tkun qed tesperjenza, issa; 3 – Tad-daħq, qed tara?; 4 – Rawwem imħabba u ġentilezza. Hawn ser inħarsu lejn l-ewwel prattika:

12.jpg

1 – Ara, u kompli ara, id-dwejjaq tiegħek bħala l-mezz jew l-għodda tiegħek għall-irkuprar

It-tip ta’ dwejjaq jew taqlib il-qalb li għandek jurik fejn hemm xi ħaġa fik li trid tirranġa jew tfejjaq. Għalhekk ipprova, u kompli ipprova, li tara it-tbatija tiegħek bħala t-triq tiegħek tal-ħelsien u ferħ. S’issa inti investejt ħafna enerġija biex tgħix it-tbatija tiegħek – fil-forma ta’ biża’, rabja, disprament, weġgħa tal-qalb, jew xi forma oħra. Inti taf li dan qed jistressjak wisq.

Forsi fl-aħħar m’għadekx tara lil ħaddieħor bħala t-tbatija tiegħek. Prosit.

Iżda, wara dak il-pass, forsi drajt tara t-tbatija tiegħek stess bħala l-għadu tiegħek, jew bħala l-ktajjen li jxekkluk. Huwa hawn li jkun meħtieġ bidla fil-moħħ. X’taħseb: it-tbatija tiegħek hija l-għadu tiegħek, jew inkella huwa it-tabella li turik fejn, ġewwa fik, hemm ix-xogħol li għandu jsir? It-tbatija tiegħek hija t-tabella ta’ triq il-ħelsien.

Probabbli inti drajt mhux biss li “jkollok” it-tbatija iżda wkoll li “tkun” it-tbatija. Huwa dan li jagħmel kollox tqil u drammatiku. Tkun qed toħloq lilek innifsek bħala “il-persuna li tbati”, u forsi “il-vittma.” Tkun qed toħloq il-ktajjen tiegħek stess, u ssir tħobbhom għax il-ktajjen tarahom bħala “dak li inti int.”

Għala jiġri dan? Sikwit jiġri għax nitkaxkru minn ħsibijiet dwar “X’m’għandix u x’ma jistax ikolli.” U nitkaxkru wkoll mit-tqabbil tagħna nfusna ma’ persuni oħrajn. Għala irridu l-affarijiet, u rridu nqabblu? Għaliex b’xi mod jew ieħor moħħi jgħidli li jien m’inix OK. U moħħi jfittex isolvi din il-problema billi jgħidli (għalkemm mhux veru) li jekk nakkwista xi ħaġa, jew inkun aħjar minn xi ħadd, allura nkun OK.

Ħsibijiet foloz bħal dawn, il-ħin kollu, isiru ossessivi, jiġu mingħajr ma tkun trid. U dawn iġegħluni nibża’ li nixxarrab għasra fir-realtà ta’ madwari bħalma kapaċi jagħmlu ħafna tfal żgħar.

“Irrid. M’għandix. Mhux ‘fair’. Li kieku. M’inix tajjeb biżżejj-ed. Għamluli frodi. Insultawni. Niċħad is-sitwazzjoni tiegħi. Niċħad lili nnifsi kif jien.” Meta nżommu qalbna lura b’dan il-mod, b’hekk insiru aktar aljenati – maqtugħin – mid-dinja. U
dan ikabbrilna t-tbatija u d-diffikultajiet li jkollna.

Forsi ma jogħġobnix dak li għandi fuq il-platt (ta’ ħajti), iżda huwa OK li ma jkunx jogħġobni dak li għandi fuq il-platt bħalissa. Xorta nista’ nkampa u nista’ ngħix ħajja fil-milja tagħha – dan billi niftaħ qalbi għall-ħajja, anke għad-diffikultajiet tal-ħajja.

L-ewwel Prattika allura hija din. Inħarsu lejn id-diffikultajiet ta’ ġo qalbna u moħħna mingħajr ma niċħduhom, mingħajr ma niċħdu l-fatt li qegħdin hemm. Huma it-tabella li turina ras il-għajn, turina minn fejn ġejja l-problema! Naraw x’biżgħat qed jaħbu dawn id-diffikultajiet, bħall-biza’ li jiena m’inix OK. Nitgħallmu minn kull biża’ u kull tarka li għandna. Niftħu qalbna għar-realtà kif inhi, ġewwa u barra. Insiru aktar ħielsa. Insibu li qed nistembħu. Ferħ ġewwieni jibda ġej bil-mod. Huwa naturali.

Ikompli: Fl-artiklu ta’ wara dan, inkomplu bil-prattika li jmiss.

Dan l-artiklu huwa wieħed minn sensiela ta’ Artikli bit-tema: Inħeles Minn Ġewwa. Għodda biex tgħin lilek innifsek meta jkaxkruk sentimenti tqal. Publikazzjoni ta’ Servizz għall-Ħelsien Emozzjonali Fondazzjoni St Jeanne Antide.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.