Wasalna f’denbha

Jum wara jum, ġimgħa wara ġimgħa u Ħadd wara Ħadd, u s-sena 2018 waslet, tista’ tgħid, fi tmiemha. Is-sena 2018 qiegħedha, iva, fl-agunija tagħha! Wasal fi tmiemha s-sena 2018, mimlija daqs bajda, kif inhi, b’għadd ta’ ġrajjiet. Liema ġrajjiet kienu mlewmna, tista’ tgħid, b’kull lewn possibbli taħt is-sema. Mela, u bħal kull sena oħra, is-sena 2018 kienet waħda mimlija b’kull togħma u palat. Continue reading Wasalna f’denbha

L-Epifanija tal-Mulej

Vanġelu (Mt 2. 1-12): Il-kelma “Epifanija” tfisser manifestazzjoni ta’ xi ħadd fl-għoli, e.g. tal-Preżenza Divina.   Meta l-allat Griegi kienu jinżlu qalb il-bnedmin u jrebbħuhom xi gwerra, kienu jgħidu li seħħet epifanija tal-allat.  L-Insara tal-Lvant aktar kienu jiċċelebraw il-magħmudija ta’ Ġesu milli t-twelid, għax hemm Ġesu aktar wera ruħu fil-beraħ.  F’epifanija suppost ikun hemm dehra straordinarja. Ma kien hemm xejn minn dan f’tarbija mgeżwra fi ftit faxex ġo maxtura.  Imma din kienet tassew Epifanija għax b’dan il-mod Ġesu ried juri l-imħabba t’Alla. Continue reading L-Epifanija tal-Mulej

Evanġelju tal-Ħadd 30 ta’ Diċembru 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Lq 2, 41-52

Kienu jmorru Ġerusalemm għall-festa tal-Għid. Ġużeppi kien raġel ġust jgħidilna San Mattew, għa xil-liġi kienet f’qalbu, f’moħħu u fuq il-kfef ta’ jdejh. Biha kien jaħseb, biha kien iħobb u biha kien jgħix f’dedikazzjoni sħiħa lil Alla u lejn martu Marijau ibnu putattiv. Marij akienet il-qaddejja tal-Mulej u dak li joħroġ minn fommu kien in-nifs li bih tgħix; ħa jsir minni skont kelmtek. Il-pellegrinaġġ għal Ġerusalemm ta’ kull sena fil-għid kien parti mill-ħajja tagħhom. Continue reading Evanġelju tal-Ħadd 30 ta’ Diċembru 2018

Il-Papa bagħat messaġġ liż-żgħażagħ Ewropej miġburin f’Taizè

Il-Ġimgħa 28 ta’ Diċembru 2018: Lill-15,000 żgħażagħ miġburin f’Madrid bejn illum 28 ta’ Diċembru u l-1 ta’ Jannar għal 41 laqgħa ewropeja tal-Komunità Taizè, il-Papa Franġisku qalilhom biex jersqu qrib ta’ din l-umanità miġrugħa u qrib min hu mwarrab u skartat, bla vuċi u fqir! Continue reading Il-Papa bagħat messaġġ liż-żgħażagħ Ewropej miġburin f’Taizè