Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna f’Jannar 2019


Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna f’Jannar 2019.

489803-740xNone.jpg

It‑Tlieta l-1 ta’ Jannar 2019, fid‑9.00 a.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa fis‑Solennità tal‑Imqaddsa Marija Omm Alla u l‑Jum Dinji tal‑Paċi, fid‑Dar tal‑Providenza, is‑Siġġiewi. Il‑Quddiesa ser tixxandar live fuq Radju RTK u TVM.

Is‑Sibt 5 ta’ Jannar, fil‑5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall‑koppji li żżewġu matul l‑2018, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa hija organizzata mill‑Moviment ta’ Kana u ser tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

Il‑Ħadd 6 ta’ Jannar, fid‑9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal‑Epifanija li matulha jitħabbru l‑festi tal‑Mulej għas‑sena 2019, u jilqa’ lil erba’ seminaristi bħala kandidati għas‑saċerdozju, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

Is‑Sibt 19 ta’ Jannar, fil‑5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall‑koppji li ser jiżżewġu matul l‑2019, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa hija organizzata mill‑Moviment ta’ Kana u ser tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

Il‑Ħadd 20 ta’ Jannar, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Santa Luċija fil‑bidu tal‑Viżta Pastorali f’din il‑parroċċa. Fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑festa liturġika ta’ San Sebastjan u f’għeluq il‑75 sena mill‑miġja tal‑istatwa fil‑Knisja Parrokkjali ta’ San Sebastjan, Ħal Qormi.

Il‑Ġimgħa 25 ta’ Jannar, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi Servizz Ekumeniku Djoċesan fil‑Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl Nawfragu, il‑Belt Valletta. Is-Servizz Ekumeniku ser jixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

Is‑Sibt 26 ta’ Jannar, fil‑5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi Traslazzjoni u t‑talba tal‑Għasar u wara jiċċelebra Pontifikal Solenni tal‑Konverżjoni ta’ Missierna San Pawl, fil‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina.

Il‑Ħadd 27 ta’ Jannar, fid‑9.30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Pontifikal Solenni tal‑Konverżjoni ta’ Missierna San Pawl, fil‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina.