13 – Tbatija (C) X’hawn, Iss’issa?


Insellimlek! Din hija t-tielet minn ħames partijiet tal-artiklu fuq it-tema “Tista’ Żżur u Teħles it-Tbatija Tiegħek?”. Konna semmejna 4 prattiċi li bihom kollha flimkien tista’ tkampa u tfej-jaq it-tbatija tiegħek Illum inħarsu lejn it-tieni prattika:

13.jpg

2: Induna Eżatt Xi Tkun Qed Tesperjenza, Issa

Induna sikwit bir-realtá fisika li qed tħoss, tara, tisma’, ittiegħem bħalissa. Dan tista’ tagħmlu billi tistaqsi “X’hawn, is-sa?” Issoltu inkunu mgħaddsin fill-ħsibijiet tagħna dwar l-esperjenza, mhux fl-esperjenza innifisha li jkollna.

Ħsibijietna dwar ir-realtà mhumiex ir-realtà innifisha! Aktar ma ngħixu fil-ħsieb, aktar ma nitbegħedu mir- realtà. Nerġgħu ninqatgħu mid-dinja u minna nfusna. Ir-rimedju għal dan huwa li darba wara l-oħra naraw u nħossu dak li fiżikament jeżisti; dan mhuwiex il-ħsieb li jkollna dwar dak li fiżikament jeżisti.

Anki waqt li ħsibijieti mimlijin furja għax xi ħadd ittrattani b’ċertu mod, jeħtieġli nerġa nasal bl-attenzjoni tiegħi sa ġismi: x’hawn iss’issa f’ġismi? Nasal sal-emozzjonijiet tiegħi: x’hawn iss’issa fis-sentimenti tiegħi? Sal-konxju tiegħi: x’hawn iss’issa? Sal-ambjent ta’ madwari: x’hawn iss’issa?

Ma nistgħux ngħarfu, imissu, intiegħmu il-verità tal-mument meta fl-istess ħin inkunu qed nitkaxkru fil-ħama jdellek ta’ “miskin jien” jew “jien ħażin” jew “dak bniedem ħażin” jew “x’destin għandi” jew “x’dinja inġusta” jew “Alla mhux ‘fair’”. Il -ħama ta gozz ħsibijiet bħal dawn isir tqil u jdellek, u ma nkunux nistgħu inkunu komdi.

Il-mument, l-esperjenza, hi dak li hi – il-ħsibijiet tagħna dwar l-esperjenza huma ħaġ’oħra. Huwa possibbli li tidra tipprattika sikwit din l-attenzjoni għall-verità tal-mument. Hekk nistgħu nagħmlu skoperta utli ħafna: sikwit ma jkun hemm ebda uġigħ ħlief l-uġigħ li jkunu qed joħolqu ħsibijietna. U meta kultant jkun hemm uġigħ reali, uġigħ li ma nkunux qed noħolquh aħna stess, insiru ħafna aktar kapaċi li nkampaw ma’ dak l-uġigħ.

Agħmel hekk dejjem, darba wara l-oħra: erġa lura għall-mument t’issa. X’hawn, iss’issa?

Ikompli: Darb’oħra inkomplu bil-prattika li jmiss.

Dan l-artiklu huwa wieħed minn sensiela ta’ Artikli bit-tema: Inħeles Minn Ġewwa. Għodda biex tgħin lilek innifsek meta jkaxkruk sentimenti tqal. Publikazzjoni ta’ Servizz għall-Ħelsien Emozzjonali Fondazzjoni St Jeanne Antide.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.