Niltaqgħu …

Kitba ta’ Fr. Philip Cutajar OFMCap

Iż-żmien igerbeb, jgħaddi u jtir bla ma jistenna lil ħadd. Dawn huma wħud mir-riflessjonijiet li lkoll nagħmlu fi tmiem ta’ sena u bidu ta’ sena ġdida. Is-sena 2018 għaddiet u marret bla ma tarġa tiġi, tibqa’ biss fil-paġni tal-istorja. Issa bdejna sena ġdida, is-sena 2019, sena li tistedinna biex mhux biss nawguraw lil xulxin “Is-sena t-tajba”  imma wkoll li nħarsu lejha b’ottimiżmu, bil-kuraġġ, bit-tama li tkun ferm aħjar minn dawk ta’ qabilha. “Sena ġdida ħajja ġdida” jgħid qawl Spanjol. U bil-għan li għal kull wieħed u waħda minna tkun tassew sena ġdida u sena aħjar nippruvaw ukoll nagħmlu l-proponimenti tagħna. U dan huwa meħtieġ għax sena tassew ġdida u aħjar ma taqax mis-sema. “Għin ruħek u Alla jgħinek”. Is-sehem tagħna rridu nagħmluh. Continue reading Niltaqgħu …