Il-Madonna ta’ Pinu f’San Ġorġ

IL-MADONNA TA’ PINU ĠEJJA SAN ĠORĠ … GĦAT-TIENI DARBA

Is-sena 2019 hija waħda ferm speċjali għall-Knisja f’Għawdex. Dan għaliex il-kwadru għażiż u mirakoluż tal-Assunzjoni tal-Verġni Mbierka Ta’ Pinu qed jagħlaq 400 sena minn mindu tpitter minn Amadeo Perugino. Dan il-kwadru ntgħażel mill-Verġni Marija nfisha biex permezz tiegħu tagħti messaġġ ta’ tama lill-Għawdxin, lill-Maltin u lill-Insara ta’ kull żmien, hi u ssejħilna biex naslu għand Kristu permezz tagħha. Continue reading “Il-Madonna ta’ Pinu f’San Ġorġ”

Il-Papa f’Santa Marta: L-ispirtu tad-dinja negħlbuh bil-fidi

Il-Ħamis, 10 ta’ Jannar 2019: Biex l-imħabba tagħna lejn Alla tkun konkreta għandna nħobbu lil ħutna, jiġifieri nitolbu għalihom kemm jekk huma simpatiċi u wkoll jekk huma antiptiċi. Nitolbu wkoll għall-għadu tagħna u ma nimtlewx b’sentimenti ta’ għira, ma nqassux għax dan ikisser lill-persuna. Continue reading “Il-Papa f’Santa Marta: L-ispirtu tad-dinja negħlbuh bil-fidi”