14 – Tbatija (D) Tad-Daħq?


Insellimlek! Din hija r-raba’ parti minn ħames partijiet tal-artiklu fuq it-tema “Tista’ Żżur u Teħles it-Tbatija Tiegħek?”. Ikompli minn qabel. Illum inħarsu lejn it-tielet prattika.

14.jpg

3: Tad-Daħq, Qed Tara?

Ejjew inħarsu lejna nfusna u lejn iċ-cirkostanzi tagħna b’per-spettiva usa’- u nitbissmu.

Jekk inti drajt tuża daħq sarkastiku jew umoriżmu kiefer, ħalli ngħidlek mall-ewwel li din ir-raba’ prattika hija dwar umoriżmu differenti, umoriżmu ġentili u ta’ qalb tajba. Umoriżmu dwarek innifsek! Dan itik il-ħila li iżżur l-uġigħ jew dwejjaq tiegħek stess mingħajr ma titkaxkar minnu. L-umoriżmu jippermettilek li tkun imdaħħal fir-realtà tiegħek u maqtugħ minnha fl-istess ħin. Għalhekk huwa biċċa għodda kemxejn serja.

Ipprova staqsi lilek innifsek “Jien qatt ħassejtni ħażin hekk, qabel?” Probabbli iva, bosta drabi tkun ħassejtek hekk qabel.

Aħa! Titbissem ftit, u minnufiħ tinduna li dak li qed tħoss hu-wa l-ikkondizzjonar tiegħek. L-ikkondizzjonar tiegħek huwa dak li tgħallimt awtomatikament mingħajr ħsieb minħabba l-ambjent tiegħek. Per eżempju: kienu jgħajruk, u mingħajr ma taf u mingħajr ma ridt, inħoloq bħal leħen fik li jgħidlek inti ma tiswiex. Ċerti fatturi kienu ikkundizzjonawk li tħossok ħażin b’dak il-mod. Dawn il-fatturi huma: l-ambjent li għext fih – speċjalment meta kont iżgħar – u l-mod kif ma qedix il-bżonnijiet tiegħek ta’ sigurtà, affezzjoni, rispett, u kontroll; u il-mod kif l-ambjent derriek taħseb, tħoss, u taġixxi. Ma taħsibx li skoperta bħal din hija ta’ min jitbissmilha?

Titbissem meta tinduna li qed tkompli toħloq id-diffikultà tiegħek għaliex ġejt ikkundizzjonat biex tagħmel propju hekk. Allura issa x’jiġri? Qabel din l-iskoperta, kellek (1) id-diffikultà u

(2) kont qed twaħħal fik innifsek jew f’xi ħadd ieħor, (li hu stess x’aktarx kien ikkundizzjonat). Issa wara li għamilt dik l-iskoperta għandek: id-diffikultà; u għarfien ġdid. Forsi issa m’għadx hemm bżonn daqs qabel li twaħħal f’xi ħadd jew fik innifsek. Kif nista’ nikkundanna l-ikkondizzjonar ta’ xi ħadd? Il-passat, ir-realtà, hi dak li hi. Bilkemm tagħmel sens li nipprova nikkundannaha.

L-ikkondizzjonar tiegħek jibqa’ eżatt kif inhu wara dik l-iskoperta? M’għandux għalfejn jibqa’ kif kien. Imma anke jekk jibqa’ kważi kif kien, dak l-għarfien ġdid li ħareġ mill-iskoperta tiegħek awtomatikament inaqqaslek l-uġigħ. U tonqos il- qawwa li l-uġigħ kellu biex ikaxkrek sakemm tinfexx fid-dwejjaq u l-imrar.

Forsi irridu inkunu differenti milli aħna bħalissa. U jista’ jkun li dik tkun mira tajba biex tipprova twettaqha. Iħda il-punt tat-tluq huwa dejjem fejn u kif tinsab inti iss’issa, bl-ikundizzjonar b’kollox. Induna b’dan, b’kif int issa u għaliex. Lil dan il-fatt tbissimlu. Aċċettah kif inhu, għalissa. U wessa’ qalbek.

Issa għandek perspettiva usa’, qed tifhem aktar. X’aktarx li issa għandek inqas bżonn li twaħħal jew tikkundanna lilek innifsek jew lil ħaddieħor. Qed tinduna li persuni oħrajn f’ħajtek, fl-imgħoddi u fil-preżent, probabbli kienu u għadhom jaġixxu minħabba l-ikkondizzjonar tagħhom. X’aktarx mingħajr ma lanqas biss kienu jafu.

Issa qed naraw l-affarijiet aktar ċari, b’mod li huwa inqas ikkulurit mill-esperjenza limitata tagħna stess. Dan kollu minħab-ba tbissima! U wara t-tbissima, issir possibbli il-moġħdrija lejn ħaddiehor. U anki lejk innifsek.

Ikompli: Darb’oħra inkomplu bil-prattika li jmiss.

 

Dan l-artiklu huwa wieħed minn sensiela ta’ Artikli bit-tema: Inħeles Minn Ġewwa. Għodda biex tgħin lilek innifsek meta jkaxkruk sentimenti tqal. Publikazzjoni ta’ Servizz għall-Ħelsien Emozzjonali Fondazzjoni St Jeanne Antide.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.