Quddiesa għall-Kittieba u Gurnalisti Għawdxin – Stedina


Fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Frangisk de Sales, Arċisqof ta’ Ġinevra u Patrun tal-Ġurnalisti li taħbat il-Ħamis 24 ta’ Jannar 2019, dak inhar stess fil-5pm il-Ġurnalisti u Kittieba Għawdxin huma mistiedna li jattendu għall-Quddiesa mill-E.T.Mons Isqof Mario Grech.

Din ser issir apposta għalihom fil-Knisja tas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesu’ fi Triq Palma Victoria. Wara l-quddiesa l-Ġurnalisti u kittieba jiltaqgħu flimkien għal Drinks tal-okkażjoni f’waħda mis-swali tal-Kunvent. Grazzi lis-Sorijiet għad-disponibilta’ tagħhom. Bħal kull sena din l-okkażjoni hija organizzata mill-Kurja t’Għawdex flimkien mal-Għaqda Ġurnalisti Għawdxin.

Kav Joe M Attard
Seg. Għaqda Ġurnalisti Għawdxin