Forum internazzjonali taż-żgħażagħ konsegwenza tas-Sinodu

Il-Ġimgħa 11 ta’ Jannar 2019: Fid-dawl tas-Sinodu tal-Isqfijiet dwar iż-żgħażagħ, il-fidi u d-dixxerniment vokazzjonali u wkoll fid-dawl tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ li se jkun iċċelebrat dax-xahar fil-Panama, id-dikasteru tal-Vatikan għal-Lajċi, il-Familja u l-Ħajja, ħabbar li bejn it-18 u t-22 ta’ Ġunju li ġej se jiltaqqa’ forum internazzjonali taż-żgħażagħ biex ikompli l-ħidma tal-mixja sinodali. Continue reading Forum internazzjonali taż-żgħażagħ konsegwenza tas-Sinodu