Stedina mill-Kummissjoni Djoċesana Sports

Tħobb l-Isports? Interresat/a f’Sports Ministry?
Jekk iva, il-Kummissjoni Djoċesana Sports tistiednek għal ħin ta’ Talb nhar it-Tnejn, 4 ta’ Frar bejn is-19:30 u t-20:30 hrs fil-Kulleġġ St Martin, is-Swatar.
Wara jkun hemm ħin biex niddiskutu flimkien l-inizjattivi tal-KDS għal matul din is-sena.
It-talb ikun immexxi mill-grupp Couples for Christ Malta.

Continue reading “Stedina mill-Kummissjoni Djoċesana Sports”

Lectio Divina tat-2 Ħadd matul is-Sena “Ċ”

Vanġelu (Gw 2, 1-11): Ġwanni jagħti ċerta mportanza għall-fatt tal-lum, u jsejjaħlu l-ewwel sinjal (miraklu) li għamel Ġesu, fejn “wera s-sebħ tiegħu u d-dixxipli emmnu fih.” Hawn min isaqsi li, jekk il-mistednin kienu ġa xorbu tant li spiċċa l-inbid kollu, kien hemm għalfejn Ġesu jipprovdi 600 litru ieħor ta’ nbid? U kien hemm bżonn miraklu? Setgħu jagħmlu ġabra u jmorru jixtru ftit ieħor, u Ġesu kien iħalli l-mirakli għal xi ħaġa aktar importanti (e.g. qawmien ta’ Lazzru). U Ġesu kif sejjaħ lil ommu “mara” u mhux “Ma”? It-tweġiba għal dawn id-domandi hi din: Biex nifhmu dar-rakkont ma nistgħux inħarsu lejh bħala fatt sempliċi ta’ kronaka, imma bħala “sinjal” miktub b’lingwaġġ u immaġini Bibliċi li rridu ninterpretaw sew fil-fond biex nifhmu l-messaġġ ta’ din is-silta. Continue reading “Lectio Divina tat-2 Ħadd matul is-Sena “Ċ””