Il-Papa f’Santa Marta: Il-kriterju tan-nisrani huwa l- konkretezza


It-Tlieta, 15 ta’ Jannar 2019: Il-Kmandamenti t’Alla huma konkreti għalhekk huma l-kriterji tan-nisrani, mhux il-kliem sabih. Hekk afferma l-Papa Franġsiku fl-omelija li għamel ftit tal-jiem ilu fil-kappella tad-Dar Santa Marta.

L-aċċess għal Alla hu “miftuħ” u l-muftieħ għal dan jissuġġerihulna l-appostlu: nemmnu fl-isem tal-Iben t’Alla u nħobbu lil xulxin bħall-aħwa. Hekk biss nistgħu nitolbu dak li nixtiequ, bil-kuraġġ, sfaċċatament, osserva Franġisku.

Nemmnu li Iben Alla ġie u sar laħam, sar wieħed minna. Din hi l-fidi f’Ġesù Kristu: Ġesù Kristu li hu Alla konkretament, li kien imnissel fil-ġuf ta’ Marija, li twieled f’Betlem, li trabba bħala tifel, li ħarab lejn l-Eġittu, li reġa’ lura lejn Nażaret, li tgħallem jaqra ma’ missieru, ħadem u baqa’ miexi ‘l quddiem u mar jipprietka: bniedem konkreet, bniedem li kien Alla, imma bniedem. Mhux bniedem bil-libsa ta’ Alla. Din hi l-konkretezza tal-ewwel Kmandament. It-tieni wieħed hu konkret ukoll : inħobbu, inħobbu lil xulxin, imħabba konkreta mhux imħabba mimlija fantasija; l-ewwel ngħidlek li nħobok bil-kliem, imbagħad inkissrek bi lsieni. Dan mhux sewwa. L-imħabba għandha tkun konkreta, jiġifieri li l-Kmandamenti ta’ Alla huma konkreti, il-konkretezza għandha tkun il-kriterju tan-nisrani, mhux l-ideat, il-kliem sabiħ. Din hi l-sifida.

Fl-aħħar mill-aħħar, il-ħajja tan-nisrani hi fidi konkreta f’Ġesù Kristu u fil-karità, imma hija wkoll sahra spiritwali għax hi taqbida minħabba li jistgħu jiġuna ideat jew profeti foloz li jipproponulna lil Kristu ‘mitruh’, mingħajr wisq ‘laħam” u l-imħabba lejn il-proxxmu ssir xi ftit relattiva.

Lil hinn minn dnubietu, issokta Franġisku, fi tmiem il-jum in-nisrani għandu jqatta’ ftit minuti biex jeżamina x’għadda minn qalbu, liema ispirazzjoni, forsi wkoll “ il-ġenn għall-Mulej” għax l-Ispirtu kultant jimbuttana lejn il-ġenn, imma lejn il-ġenn kbir għal Alla. Il-Papa ġab l-eżempju ta’ raġel preżenti għall-quddiesa li kien ħalla l-Italja erbgħin sena ilu biex imur missjunarju qalb il-lebbrużi fil-Brażil, u wkoll lil Santa Francesca Cabrini li qatt ma waqfet tivvjaġġa biex tieħu ħsieb il-migranti.

Meta x-xitan żar lil Ġesù fid-deżert kien ipproponielu tliet affrijiet li ma kienux skont l-Ispirtu ta’ Alla. Ġesù keċċa lix-xitan bil-Kelma t’Alla. Jekk Ġesù ġralu hekk, dan jiġri lilna wkoll. Imma m’għandniex nibżgħu.

Għandna nkunu mansweti u ubbidjenti u l-poplu t’Alla għandu jimxi dejjem bil-konkretezza, il-konkretezza tal-karità, tal-fidi, tal-Knisja. Dan juri ċar is-sens ta’ dixxiplina tal-Knisja. Meta din id-dixxiplina tkun konkreta tgħinna nikbru biex b’hekk nevitaw il-filosofiji tal-fariżej u tas-saduċej.

Huwa Alla, temm il-Papa Franġisku, li sar bniedem konkretament, twieled minn mara, għex ħajja konkreta u miet b’mewta konkreta u jitlobna biex inħobbu lil ħutna konkretament, minkejja li wħud minnhom mhux faċli tħobbhom.

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Joe Huber.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.