A Classic Showcase. Don Bosco Grand Concert 2019


A Classic Showcase – Don Bosco Grand Concert 2019 mill-Gozo Youth Wind Band

Il-‘Gozo Youth Wind Band’ fi ħdan il-‘Gozo Youth Wind Band and Orchestra’ tinsab tagħmel l-aħħar tħejjijiet intensivi biex tippreżenta l-Kunċert Annwali tagħha fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġwann Bosco fil-Victoria bl-isem ta’ ‘A Classic Showcase’.

captureKif għamlet dejjem fis-snin li għaddew il-‘Gozo Youth Wind Band’ tagħmel ħilitha kollha biex tintroduċi xi arranġamenti ġodda fix-xena mużikali lokali waqt li toqgħod attenta li tagħmel minn din l-okkażjoni serata pjaċevoli li tkun tappella għal kulħadd. Fil-programm tal-Ħadd filgħaxija 3 ta’ Frar 2019, fuq il-palk tal-Oratorju Don Bosco se tkunu tistgħu tisimgħu fost l-oħrajn xogħlijiet li sa jinkludu highlights mill-Musical ‘Mary Poppins’, ‘Viva Verdi’, ‘Queen in Concert’, mużika mis-Soundtrack tal-film ‘Ben Hur’, ‘Pirates of the Carribean’, ‘Abba Magic’, siltiet mill-‘Fiddler on the Roof’, u mill-film ‘The Good, the Bad and the Ugly’.

It-Trumbettista promettenti Theo Farrugia se nkunu nistgħu nisimgħuh fil-‘Ballade Romantika’. Il-kunċert bħal kull sena jagħlaq bl-Innu lil San Giovanni Bosco, patrun tat-tfal u ż-żgħażagħ.

‘Il-Gozo Youth Wind Band’ tikkonsisti f’madwar 50 mużiċist żagħżugħ Għawdxi, kollha studjaw il-mużika, li jiltaqgħu regularment biex jippreparaw għall-kunċerti bħal dan li jsiru matul is-sena f’okażjonijiet differenti. Din hija s-17 il sena li dawn iż-żewġ ensembles ‘The Gozo Youth Orchestra’ u ‘The Gozo Youth Wind Band’ qed jagħtu kunċerti varji. Ta’ min ifakkar li l-‘Gozo Youth Orchestra’ se tippreżenta s-Show mużikali ‘Queen meets Coldplay’ fis-16 ta’ Marzu 2019 fuq il-palk ta-tejatru tal-Opra Aurora Victoria u għat-12-il darba konsekuttiva, ‘Opera vs Pop under the Stars’ nhar it-Tnejn 29 ta’ Lulju 2019 kif ukoll iktar tard, il-5 edizzjoni ta’ ‘Stage and Proms on the Sea’ it-Tnejn 9 ta’ Settembru 2019.

A classic Showcase se jkun ippreżentat il-Ħadd 3 ta’ Frar fis-7pm fuq il-palk tat-Tejatru tal-Oratorju Don Bosco Victoria mill-‘Gozo Youth Wind Band’ taħt id-direzzjoni mużikali tal-Fundatur tagħha Mro Dr Joseph Grech. Id-dħul huwa b’xejn u kuħadd huwa mistieden li jkun f’postu kwarta qabel għal madwar siegħa u nofs ta’ divertiment mill-aqwa għall-familja kollha.

Għall-iktar informazzjoni wieħed jista’ jikteb f’dan l-indirizz:
gozowindbandorchestra@yahoo.com

Kav. Joe M Attard
Victoria Għawdex

Published by

laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.