15 – Tbatija (E) Imħabba u Ġentilezza


Insellimlek! Din l-aħħar parti minn ħames partijiet tal-artiklu fuq it-tema “Tista’ Żżur u Teħles it-Tbatija Tiegħek?”. Konna semmejna 4 prattiċi li bihom kollha flimkien tista’ tkampa u tfej-jaq it-tbatija tiegħek. 1 – Ara, u kompli ara, id-dwejjaq tiegħek bħala l-mezz jew l-għodda tiegħek għall-irkuprar; 2 – Induna eżatt xi tkun qed tesperjenza, issa; 3 – Tad-daħq, qed tara?; 4 – Rawwem imħabba u ġentilezza. Hawn ser inħarsu lejn l-ewwel prattika:

Illum inħarsu lejn ir-raba’ prattika:

4: Rawwwem Imħabba u Ġentilezza

Ittrażmetti mħabba ġentili u tenera lejn il-partijiet kollha ta’ dak li int. Mingħajr kundanni.

It-tlett prattiċi, jew ħidmiet regolari, li rajna s’issa jgħinu lil qalbna biex titwessa’ u jkollha aktar spazju fiha biex iżżomm il-feriti tiegħek, id-dgħjufiji tiegħek, il-persuni diffiċli ta’ madwarek, u anki l-avversarji tiegħek.

15

F’din ir-raba’ prattika, iftaħ apposta lil qalbek biex tinkludi lil dawn l-affarijiet u persuni kollha, mingħajr kundanni. Tista’ tibda mid-dgħjufiji u l-biżgħat l-aktar sigrieti tiegħek. B’mod teneru u dħuli, daħħal, inkludi, dawn il-partijiet tiegħek ġewwa qalb li tħobb, bħallikieku dawn kienu tarbija bi bżonnijiet speċjali. Ikkalma, ja mistħija sigrieta tiegħi. Ejja, ejja, tibkix iżjed, ja marda tiegħi. Orrajt, orrajt, ja konfużjoni tiegħi. Ejja, ikkal-ma, konfużjoni tiegħi, ma ġara xejn. Qed inħossok, ja sentiment li qed tgħidli li ma niswiex; tibżax, issa nirranġaw kollox. Qed inħossok, ja sentiment ta’ superjorità, miskin tħossok waħdek, hux? Issa nirranġaw kollox.

Qatt ġie f’rasek li tagħder lilek innifsek? Inti għandek xi lim-itazzjonijiet jew xkiel fik; inti tbati. Kun, jew sir, dħuli u ġentili miegħek stess, minħabba li t-tbatiija mhix ħaġa ta’ pjaċir. Inti tbati. Mhux waħdek: kulħadd ibati – din hija kwalitá tal bnedmin, dak li jgħidulha il-kundizzjoni tal-bniedem. Allura dak li hemm fik li jwasslek biex tbati qiegħed ukoll jgħinek biex tmiss l-umanità tiegħek, tmiss dak li taqsam ma’ l-umanità. Qed tinfetaħ b’hekk għal ċertu livell tal-ħajja, livell li huwa fil-bqija tal-bnedmin ukoll. Hekk, kif qed tara, li tagħder lilek nnifsek hija ħaġa li ttejjiblek l-attitudnijiet ta’ mogħdrija lejn kulħadd. (Bil-kuntlarju, meta titħassar lilek innifsek tkun qed tinagħlaq fik innifsek.)

Il-ħsieb aħrax-negattiv u l-imħabba ġentili ma jaqblux ma xulxin. Allura, minflok ma nkunu irridu niġġudikaw u neqirdu jew ngħaffġu lilna nfusna, għandna stedina differenti. L-istedina hi li inkunu ġentili u dħulin lejna nfusna, u lejn dawk il-partijiet tagħna stess li forsi ma tantx inħobbu. Dan jgħodd speċjalment għal dawk il-partijiet tagħna nfusna li huma negattivi jew mik-surin, u allura huma l-aktar li għandom bżonn tal-imħabba tagħna.

Dan kollu jgħodd ukoll dwar il-persuni diffiċli fil-ħajja tagħna. Erħi il-kundanni u wessa’ qalbek biex lill dawk il-persuni idaħħalhom fiha. Imħabba b’ġentilezza issir il-mod normali li bih nirrelataw mal-oħrajn u magħna nfusna. Il-ħajja personali tagħna, jekk hija tagħbija tqila, tiħfief. Il-ħajja soċjali tagħna żgur titjieb. Il-passaġġ spiritwali tagħna jkompli fuq sisien aktar sodi.

 

Dan l-artiklu huwa wieħed minn sensiela ta’ Artikli bit-tema: Inħeles Minn Ġewwa. Għodda biex tgħin lilek innifsek meta jkaxkruk sentimenti tqal. Publikazzjoni ta’ Servizz għall-Ħelsien Emozzjonali Fondazzjoni St Jeanne Antide.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.