Il-plastic smile


Ħafna jaħsbuni li aqta’ kemm naf affarijiet! U forsi jaħsbu wkoll li aqta’ kemm jien bravu! Li l-kotba nikolhom! Ħbieb, nassigurakom li żgur li le! Ibda’ biex, ix-xogħol ta’ akkumpanjament mal-morda li l-Mulej sejjaħali għalih joħodli turrun ħin! Mela żgur li m’għandix ħin nagħmel kors wara l-ieħor! Inkella li naqra ktieb wara l-ieħor!

Imma l-ħajja tgħallimni. L-għaliex tgħallmuni intom, in-nies sempliċi! Eżattament bħal dawk il-Kapuċċini awtentiċi li qattgħu ħajjithom man-nies. Jaqdu lil Ġesù batut fil-proxxmu! Mela persuna, hi min hi, dan l-aħħar għallmittni kelma: plastic smile! Irrid ngħid li din il-kelma qatt ma kont smajtha qabel. U allura, u mill-ewwel, mort nara x’inhi. U x’sibt? Ikollu plastic smile min jidher li hu ferħan b’sitwazzjoni jew ġrajjiet li jseħħu f’ħajtu. Imma, u fil-verità, din il-persuna ma tkunx ferħana xejn. U t-tbissima tagħha tkun sfurzata. Tqanżiħa!

Lili ħafna jlaqqmuni bħala l-Patri li jidħak. Jew li jitbissem. U forsi jkun hawn min, kif hawn min, li jaħseb li għandi xi plastic smile. Ħa nħalli lill-Mulej jiġġudikani Hu x’tip ta’ tbissima għandi. Biss, lil dawn ħuti, nixtieq iva nfakkarhom f’xi ħaġa mportanti. Ejja ninżlu minn dak il-moħħ analitiku u jkollna l-gazz li nħallu lil qalbna u l-umiltà ta’ Kristu toħroġilna naqra tal-għaraq hi! Ejjew ninżlu minn dik il-pretensjoni li tweġġa’ l-għaliex tibża’ turi d-dgħjufija tagħha quddiem l-oħrajn u nħallu l-ħlewwa u l-umiltà ta’ Ġesù tibdilna!

Għax min, fis-sewwa kollu, jista’ jitbissem? Ma naħsibx li jista’ jitbissem dak li kollox jiġih kif ippjana? U lanqas dak li jirnexxielu jew tirnexxielha jimmaniġja u timmaniġja persuni kif irid jew kif trid hi? Lanqas ma jista’ tassew jitbissem min jasal fejn irid akkost ta’ kollox? Anki għas-skapitu li jidres persuni dgħajfa? Għax qalbhom tajba u kbira? U lanqas le ma jista’ jitbissem min jaħkem u mhux jaqdi? Bħalma lanqas ma jista’ jitbissem lil min jogħġob lill-‘klikka’ u mhux lil Ġesù li qiegħed fl-imwarrbin? Inklużi f’dawk il-persuni li jgħixu magħna u, għal xi raġuni, aħna nwarrbuhom? Għax ma jinżlulniex?!

Ħbieb, persuna li hi ħafna għal qalbi hi Padre Pio. Għax kien hu iva li daħħalni mal-Kapuċċini. Bih inqeda l-Mulej! Anki jekk dan, għal xi wħud li huma ‘bravi,’ jidher redikolu. Imma min jista’ jieqaf l-għerf tal-Mulej? Bniedem li jara sa mnieħru? Ejjew ma ninsewx li ‘l-bravura’ tal-bniedem hija farsa sħiħa għall-Mulej! U Padre Pio x’jgħallimni lili? Sempliċi Patri li dejjem niġri mal-poplu t’Alla bħalma jgħallmuni l-qaddisin Kapuċċini? Li l-Mulej jgħin lill-imsejken! Lil min hu bla saħħa! Lil min m’għandu lil ħadd min jaqbeż għalih! Lil min m’għandux min jgħaddilu l-kelma! Lil min jidher waħdu! Lil min hu ippersegwitat għax jgħiru għalih! Lil min għandu min jagħmillu l-bsaten fir-roti!

Għax Padre Pio, li, kull darba li nara l-film tiegħu kull darba ninfaqa’ nibki, l-għaliex jgħannaqni miegħu u mhux jaqatagħhieli għall-mewt, għallimni iva nitbissem fit-tiġrib! Anzi! Għallimni nidħak fil-persekuzzjoni! Għallimni nidħak meta m’għandix min jgħaddili l-kelma! Għallimni nidħak meta nsib ħafna li huma kontra tiegħi! Għallimni nidħak meta l-għadu jipprova jagħmilli ħajti nfern bit-tfixkil li jaqlagħli bin-nies! Għallimni nidħak meta, minflok min jifhimni, insib min jibnili l-ħitan, jiġġudikani u jikkundannani! Anki jekk, bil-grazzja tal-Mulej, il-Mulej fija ikun għamlilhom xebgħa ġid!

Oh Padre Pio! Kif nista’ ma nħobbokx? Għax int teħlisni minn moħħi! Li jpoġġini fuq podju li mhux tiegħi! U, bħalek, titfagħni mal-poplu ta’ Alla, l-aktar il-fqar tallum u ta’ kull żmien, il-morda fl-Isptar! Oh Padre Pio! Int tgħallimni naħdem bħal San Franġisk sakemm saħħti tħallini. Imma proprju l-għaliex naf li qed immut bil-mod il-mod, bl-għotja tiegħi innifsi lill-Mulej fil-poplu tiegħu, li jien ferħan! U nista’ nidħak! Nitbissem! U nitbissem b’mod uman! Għax Ġesù sar bniedem. Uman! Bħali u bħalek! U libbisni bit-tbissima tiegħu! Jien, midneb. Li ma jistħoqqlix!

Ġesù! Kemm int naturali u personali! Mela l-plastic ma tafx bih! Kompli libbisni bit-tbissima tiegħek! U libbes, bit-tbissima tiegħek, lil dan ħija u lil din oħti li qed jaqraw dawn il-ħsibijiet. Amen.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.