L-Isqof Mario Grech fil-Festa ta’ San Franġisk de Sales

Il-Ħamis, 24 ta’ Jannar 2019: Omelija tal-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, fil-Festa ta’ San Franġisk de Sales, Patrun tal-ġurnalisti f’Quddiesa għall-Kittieba u l-Ġurnalisti Għawdxin, fil-Knisja tas-Sultana tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù, Victoria. Continue reading “L-Isqof Mario Grech fil-Festa ta’ San Franġisk de Sales”

16 – Nista’ Ngħix fil-Mogħdrija?

Trid tkun persuna li tagħder? Jekk tgħix fil-mogħdrija tkun qed tgħix fil-paċi miegħek innifsek. Jekk tgħix fil-mogħdrija, tgħix kuntent u ħieles. Jekk tgħix fil-mogħdrija, ħaddieħor ifiq permezz tiegħek. Forsi kulħadd jagħder kultant. Iżda sabiex tgħix fil-mogħdrija tinħtieġlek bidla. U għal din il-bidla hemm bżonn ta’ ċerti attitudnijiet u ħidmiet.

Continue reading “16 – Nista’ Ngħix fil-Mogħdrija?”

Kotba bid-Duttrina Soċjali tal-Knisja se jitqassmu liż-żgħażagħ

Il-Ħamis 24 ta’ Jannar 2019: Il-Jum Dinjii taż-Żgħażagħ li bħalissa qed ikun ċelebrat fil-Panama bil-parteċipazzjoni tal-Papa Franġisku se jservi biex fih jitnieda ktejjeb imsejjaħ DOCAT li jiġbor fih it-Tagħlim Soċjali tal-Knisja. Din hi inizjattiva edukattiva unika maħsuba biex tilħaq iż-żgħażagħ fl-Amerika Ċentrali u ‘l hinn, appoġġjata minn Aid to Church in-Need li hi organiżazzjoni Kattolika approvata mill-Vatikan. Continue reading “Kotba bid-Duttrina Soċjali tal-Knisja se jitqassmu liż-żgħażagħ”

Wara il-ġranet fid-djoċesi jibda l-JDŻ: żgħażagħ mid-dinja kollha “jfittxu ħafna tweġibiet”.

Panama – Aktar minn 30,000 pellegrini żagħżagħ minn madwar id-dinja, diġa waslu  fil-Panama għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ (JDŻ) li beda uffiċjalment fil-5 ta’ filgħaxija nhar it-Tlieta 22 ta’ Jannar, biċ-ċerimonja tal-ftuħ u l-Quddiesa. It-tema magħżula hija: “Ara, jiena l-qaddejja tal-Mulej, ħa jsir minni skont kelmtek ” (Luqa 1:38). Continue reading “Wara il-ġranet fid-djoċesi jibda l-JDŻ: żgħażagħ mid-dinja kollha “jfittxu ħafna tweġibiet”.”