Il-Ġrajja tal-Madonna ta’ Pinu

Print Friendly, PDF & Email

Is-Sejħa tal-Madonna Ta’ Pinu lil Karmni Grima u Franġisk Portelli fl-1883. Filmat mibni fuq il-kitba Mons. Giuseppe Farrugia, “La Beata Vergine ‘Ta’ Pinu’ in Gozo”.


Aktar tagħrif dwar il-ġrajja tal-Madonna ta’ Pinu …

Preżentazzjoni tal-ġrajja tal-Madonna ta’ Pinu Nru 1.

Preżentazzjoni tal-ġrajja tal-Madonna ta’ Pinu Nru 2


Talba lill-Madonna ta’ Pinu …

O Verġni Mqaddsa Omm Alla Marija, mgħollija s-Sema bir-ruħ u l-ġisem, li permezz ta’ Karmni Grima għazilt dan il-post biex minnu xxerred xita ta’ grazzji fuq min jitlob l-għajnuna tiegħek, ixħet, nitolbok, ħarsa ta’ ħniena fuq id-dinja mqallba u mbeżża’, biex kif int ħlist mill-hemm lill-għarajjes ta’ Kana, hekk ukoll teħles lill-umanita’ minn kull periklu tar-ruħ u tal-ġisem.

Agħmel li l-bnedmin kollha jħobbu lil xulxn bi mħabba ta’ aħwa. Ħares ukoll, Omm l-aktar ħanina, il-familji tagħna, li minnhom tissawwar is-soċjetá umana, biex jgħixu ħajja onesta, hienja u qaddisa fl-għaqda dejjiema taż-Żwieġ.

Imma fuq kollox, nitolbok, ħenn għalija li qed inbati taħt it-toqol tas-salib. Jekk mhux ta’ deni għal ruħi, agħmel li (semmi l-grazzja li tixtieq taqla’)… Iżda, jekk hija r-rieda tal-Mulej li jiena ma naqlax il-grazzja li qed nitolbok, agħtini l-qawwa li nerfa’ din it-tbatija u ngħaqqadha mas-Salib ta’ Ibnek Ġesù. Omm tiegħi Marija, għinni biex bħalek, b’ħarsti kollha lejn Alla, naċċetta bil-qalb ir-rieda tiegħu, u miegħek nistqarr: “Ħa jsir minni skont kelmtek”.
O Madonna Ta’ Pinu, żommni taħt il-ħarsa tiegħek biex niżgura ruħi li s-sabar ta’ din il-ħajja jwassalni għall-hena tal-ħajja ta’ dejjem, fis-Sema pajjizna.

(Għid tliet Ave Marijiet f’ġieħ it-tlett ijiem li l-ġisem ta’ Marija dam fil-qabar)
Madonna Ta’ Pinu, Sultana tal-familja: itlob għalina u ħarstek fuqna dejjem żomm.


 

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading