Vigarju Episkopali ġdid għall-Kleru u l-Parroċċi

Print Friendly, PDF & Email

L-Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Dun Noel Vassallo bħala Vigarju Episkopali għall-Kleru u l-Parroċċi. Huwa ser jieħu post Mons. Frans Abdilla.

14-fr-noel-vassallo.jpgDun Noel Vassallo twieled l-lmġarr fit-23 ta’ Diċembru 1957. Huwa ġie ordnat aċerdot fid-29 ta’ Ġunju 1984. L-ewwel impenn pastorali tiegħu kien fid-djar tat-tfal tal-Knisja waqt li kien jgħin ukoll fil-parroċċa tal-lmġarr. Fl-1991 inħatar direttur tad-djar tat-tfal tal-Knisja fejn serva għal sitt snin.

Dun Noel serva wkoll bħala kappillan tal-parroċċa tal-Manikata (1994), kappillan tal-parroċċa ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid (1997) u kappillan tal-parroċċa ta’ Ħ’Attard (2006).

L-uffiċċju tal-Vigarju Episkopali għall-Kleru u l-Parroċċi huwa responsabbli mill-formazzjoni u l-animazzjoni tal-kleru, il-parroċċi, u l-well-being tas-saċerdot.

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading