Il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ li jmiss se jsir fil-Portugall fl-2022

Fost ċapċip kbir u l-entużjażmu tas-seba’ mitt elf ruħ preżenti fil-Park Ġwanni Pawlu II għall-quddiesa tal-aħħar tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ, tħabbar li l-Jum Dinji li jmiss se jsir fil-Portugall. Se tkun fil-fatt il-belt ta’ Liżbona, il-kapital tal-Portugall li se tilqa’ fl-2022 il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ li jmiss. Is-salib tal-Jum Dinji se jerġa’ lura fl-Ewropa wara li kien fi Krakovja l-Polonja fl-2016. Continue reading Il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ li jmiss se jsir fil-Portugall fl-2022