Lejn ix-Xahar Missjunarju Straordinarju

MGĦAMMDIN U MIBGĦUTIN –  IL-KNISJA TA’ KRISTU F’MISSJONI FID-DINJA

Ix-xahar Missjunarju Straordinarju Ottubru 2019

Il-Ħamis 31 ta’ Jannar 2019: Fl-2019 tagħlaq 100 sena L-Ittra Appostolika tal-Papa Benedittu XV Maximum Illud dwar il-ħidma tal-missjunarji fid-dinja. Biex jiġi ċċelebrat dan l-anniversarju il-Papa Franġisku nieda x-Xahar Missjunarju Straordinarju li jiġi ċċelebrat f’Ottubru 2019. Continue reading “Lejn ix-Xahar Missjunarju Straordinarju”

Il-Papa f’Santa Marta: Is-saċerdoti għandhom ikunu ferrieħa bħal Don Bosco

Il-Ħamis, 31 ta’ Jannar 2019: Is-saċerdoti għandhom ikunu nies ferrieħa bl-għajnejn ta’ bniedem u bl-għajnejn ta’ Alla, kif kien San Ġwann Bosco. Il-Papa Franġisku għamel din ir-rakkomandazzjoni waqt l-omelija tal-Ħamis 31 ta’ Jannar, fil-kappella tad-Dar Santa Marta fejn ħeġġeġ lis-saċerdoti jħarsu lejn ir-realtà bil-qalb ta’ missier u ta’ għalliem, kif għamel Don Bosco. Continue reading “Il-Papa f’Santa Marta: Is-saċerdoti għandhom ikunu ferrieħa bħal Don Bosco”

Evanġelju tas-Sibt 2 ta’ Frar 2019

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Lq 2, 22-40

Missieru u ommu baqgħu mistagħġba b’dak li kien qiegħed jingħad fuqu. Xmun berikhom, u qal lil ommu Marija: “Ara, dan se jġib il-waqgħa u l-qawmien ta’ ħafna f’Iżrael; se jkun sinjal li jmeruh, – u inti wkoll, sejf jinfidlek ruħek! – biex jinkixfu l-ħsibijiet moħbija fil-qlub ta’ ħafna”. Continue reading “Evanġelju tas-Sibt 2 ta’ Frar 2019”