Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna fi Frar 2019

Print Friendly, PDF & Email

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna fi Frar 2019.

Il-Ġimgħa l-1 ta’ Frar 2019, fis-6:30 p.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa u jieħu sehem fl-investitura tal-Ordni Militari Sovran ta’ Malta, fl-Oratorju tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

Is-Sibt 2 ta’ Frar, fil-5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-Quddiesa ser tixxandar live fuq il-Youtube Channel tal-Knisja f’Malta.

Is-Sibt 9 ta’ Frar, fil-5:15 p.m., lejlet il-festa tan-Nawfraġju ta’ Missierna San Pawl, Monsinjur Arċisqof imexxi Traslazzjoni Solenni tar-Relikwa u l-Ewwel Għasar Solenni, fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta.

Il-Ħadd 10 ta’ Frar, fid-9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Pontifikal Solenni fil-festa tan-Nawfraġju ta’ Missierna San Pawl, fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta.

 

Leave a Reply

%d bloggers like this: