Evanġelju tal-Ġimgħa 1 ta’ Frar 2019

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mk 4, 26-34

Il-qamħ huwa parti essenzjali u mportanti mid-dieta tan-nies tal-mediterran. Fi żmien Ġesù kien jintaħan, normalment minn nisa fid-djar stess u jintgħaġen bl-ilma biex jinħema f’ħobż, li nistgħu ngħidu, għadu sa żmienna parti importantissma mill-ikel li nieklu ta’ kuljum. Continue reading Evanġelju tal-Ġimgħa 1 ta’ Frar 2019

17 – Dejjem Jiena l-Vittma!

Għad-dwejjaq li jkollok, inti drajt twaħħal f ’ħaddieħor, u fiċ-ċirkostanzi jew fid-destin, fix-xorti, f ’Alla? Forsi għandek “il-mentalità tal-vittma”? Kif tista’ tkun taf?

Hemm persuni li jkun abbuża minnhom xi ħadd. Huwa normali li dawn iħossu lilhom infushom bħala vittma. Tifhimha din, u tagħdirhom jekk iħossuhom vittma. Ħasra, u mhux sewwa, jekk ikollok tgħix ħajtek hekk. Wieħed għandu jfittex l-għajnuna ta’ xi ħabib kalm u matur, jew ta’ xi “grupp ta’ sostenn,” jew ta’ xi psikologu jew counsellor imħarreġ f’dan.

Continue reading 17 – Dejjem Jiena l-Vittma!

Evanġelju tal-Ħamis 31 ta’ Jannar 2019

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mk 4, 21-25

Fis-silta ta’ qabel din, Ġesù juri li l-Kelma ta’ Alla tasal għand kulħadd. Il-frott li tagħti dik il-kelma jiddependi ħafa mid-dispożizzjoni ta’ min jismagħha u kemm lest li ma jħallix it-tfixkil li joġloq hu stess jew li sjib ma’ wiċċu, iwaqqfu. Continue reading Evanġelju tal-Ħamis 31 ta’ Jannar 2019