Il-kawża tal-beatifikazzjoni ta’ Dun Mikiel Attard kważi lesta f’Għawdex

Print Friendly, PDF & Email

Is-smigħ tax-xhud fil-kawża ta’ beatifikazzjoni ta’ Dun Mikiel Attard hija kważi lesta skont Mons. Edward Xuereb. Il-Vigarju Ġudizzjarju tal-Tribunal Djoċesan tal-Ewwel Istanza f’Għawdex tkellem ma’ Newsbook.com.mt waqt l-inawgurazzjoni tas-sena ġudizzjarja fis-sede tat-Tribunal Ekkleżjastiku fil-Provinċja Maltija.

download.jpgFl-2014, l-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech mexxa quddiesa flimkien ma’ 30 qassis f’Ta’ Pinu fejn iddikjara l-ftuħ tal-proċess djoċesan tal-beatifikazzjoni ta’ Dun Mikiel Attard.

Aktar minn 100 qassis iffirmaw il-petizzjoni biex jibda l-proċess li fih mill-inqas 65 xhud resqu biex jgħidu taħt ġurament jekk kellhomx xi esperjenza spiritwali jew xi esperjenza oħra ma’ Dun Attard.

Mons. Xuereb qal li l-proċess tax-xhieda hija biss waħda mill-fażijiet tal-proċess fil-Knisja lokali qabel mal-każ jipproċedi sal-kongregazzjoni tal-kawżi tal-qaddisin f’Ruma.

L-ewwel fost 12-il wild, Dun Attard twieled fl-1 ta’ Ottubru tal-1933 fin-Nadur. Meta kellu 10 snin beda jistudja fis-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesù f’Għawdex. Hu sar saċerdot fit-12 ta’ April 1959. Serva bħala direttur spiritwali tat-tim tal-football tan-Nadur Youngesters. Fit-2 ta’ Ottubru 1982 waqqaf il-Grupp Missjunarju Għawdxi u organizza esperjenzi missjunarji fl-Eġittu, fil-Kenja, fl-Etjopja, fil-Pakistan, fl-Indja, fil-Brazil, fl-Alġerija, u fil-Perù.

Dun Attard sofra minn ħafna mard. Spiċċa fis-sodda fis-sena 2000 sakemm miet fit-30 ta’ Lulju 2004. Il-funeral tiegħu sar fit-2 ta’ Awwissu tal-2004. Kienu attendew għalih il-President u l-Prim Ministru ta’ Malta.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

 

Isma’ wkoll intervista li kienet saret fl-2011 dwar Dun Mikiel Attard … https://laikosblog.org/2019/02/01/dun-mikiel-attard/

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading