Niċċelebraw Jum il-Marid

NIĊĊLEBRAW JUM IL-MARID –  11 ta’ Frar 2019)

Kienet inizjattiva tal-Papa Qaddis Ġwanni Pawlu II, meta fis-sena 1991 ħabbar li bħala Knisja ser jiġi ċċelebrat ta’ kull sena JUM IL-MORDA. Fil-fatt l-ewwel Jum Il-Morda kien ġie ċċelebrat fis-sena 1992. Din is-sena qed jiġi ċċelebrat is-27 Jum Tal-Morda. Il-Papa kien għażel ukoll il-Jum speċifiku. Dan kellu jkun nhar il-11 ta’ Frar ta’ kull sena. Jum li fih il-Knisja tiċċelebra wkoll it-tifkira tal-Ewwel Dehra tal-Madonna ġewwa Lourdes. Kienet inizjattiva ġenjali li propju f’din it-tifkira tal-Madonna ta’ Lourdes jiġi ċċelebrat ukoll Jum Il-Morda. Ilkoll kemm aħna nafu kemm il-morda għandhom relazzjoni qawwija ma’ Lourdes, fejn ta’ kull sena jmorru bl-eluf. Dawn imorru f’dan il-post qaddis b’fidi qawwija jfittxu fuq kollox “l-isptar spiritwali” li tant ikollhom bżonn. Continue reading “Niċċelebraw Jum il-Marid”