Il-Kardinal Newman u l-Indjana Sr. Mariam Thresia fi triqithom għall-qdusija

Il-Ħamis 14 ta’ Frar 2019: Il-Papa Franġisku fit-12 ta’ Frar ta l-awtorità lill-Kongregazzjoni għall-Kawżi tal-Qaddisin sabiex tippromulga 8 digrieti, inklużi dawk tal-Kardinal Newman u Swor Mariam Thresia.

Il-Papa Franġisku nhar it-Tlieta fetaħ it-triq għall-qdusija tal-magħruf Kardinal Ingliż John Henry Newman u soru Indjana, kif ukoll għal 6 oħra: pass eqreb lejn il-kanonizzazzjoni. Continue reading Il-Kardinal Newman u l-Indjana Sr. Mariam Thresia fi triqithom għall-qdusija

Mit-talb għall-qalb!

Inkun għaddej mill-kurituri tal-isptar Mater Dei. Bil-ġiri! L-għaliex, il-bżonnijiet f’dan l-isptar ta’ bla tmiem, huma ħafna fuq li ħafna. U, kif għadu kemm jgħallimni l-Mulej, sewwasew ħdejn sodda ta’ pazjent f’dawn l-aħħar jiem: Il-Mulej, u warajh il-poplu Malti u Għawdxi, tassew iva li jixraqlu fuq li jixraqlu s-servizz tiegħi bħala kappillan sempliċi fl-isptar! Continue reading Mit-talb għall-qalb!